Ludovico Ariosto
Ludovico Ariosto | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Reggio Emilia, 8 Settembru 1474, 1474 |
Mewt | Ferrara, 6 Lulju 1533 |
Familja | |
Ulied |
uri |
Aħwa |
uri |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta' Ferrara |
Lingwi | Taljan |
Għalliema | Luca Ripa |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
poeta drammaturgu |
Impjegaturi | Università ta' Ferrara |
Xogħlijiet importanti | Orlando Furioso |
Influwenzat minn |
Matteo Maria Boiardo Virġilju |
Moviment | Rinaxximent Għoli |
Ludovico Ariosto (pronunzja bit-Taljan: [ludoˈviːko aˈrjɔsto, - ariˈɔsto]; twieled fit-8 ta' Settembru 1474 – miet fis-6 ta' Lulju 1533) kien poeta Taljan. Huwa magħruf l-iktar bħala l-awtur tal-Orlando Furioso (1516). Il-poeżija, li hija kontinwazzjoni tal-Orlando Innamorato ta' Matteo Maria Boiardo, tiddeskrivi l-avventuri ta' Karlu Manju, Orlando, u l-Franki fil-battalja kontra s-Saraċeni b'diversi rakkonti sekondarji u digressjonijiet. Il-poeżija tiġi ttrasformata f'satira tat-tradizzjoni kavallereska.[1] Ariosto ħejja l-poeżija bl-iskema tar-rima ottava u introduċa kummentarju narrattiv fl-opra kollha.
Ariosto vvinta wkoll it-terminu "umaniżmu" (bit-Taljan: umanesimo)[2] għall-għażla li jenfasizza fuq is-saħħiet u l-potenzjal tal-umanità, iktar milli fuq ir-rwol tiegħu bħala subordinat ta' Alla. Dan wassal għall-umaniżmu tar-Rinaxximent.
Ħajja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Ariosto twieled f'Reggio Emilia, fejn missieru Niccolò Ariosto kien il-kmandant taċ-ċittadella. Huwa kien l-ikbar minn għaxart itfal u kien meqjus bħala s-suċċessur tal-pożizzjoni patriarkali tal-familja tiegħu. Minn tfulitu, Ludovico kien interessat ħafna fil-poeżija, iżda missieru obbligah jistudja l-liġi.
Wara ħames snin jistudja l-liġi, Ariosto tħalla jistudja l-klassiċi taħt Gregorio da Spoleto. Iżda l-istudji ta' Ariosto tal-letteratura Griega u Latina waqfu ħesrem minħabba li da Spoleto mar Franza ma' Francesco Sforza. Ftit wara, missier Ariosto miet.
Edukazzjoni u patrunaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Wara l-mewt ta' missieru, Ludovico Ariosto kellu jagħti ġenb lill-letteratura u jieħu ħsieb lil familtu. Minkejja l-obbligi tal-familja tiegħu, Ariosto xorta rnexxielu jikteb xi kummiedji fi proża kif ukoll xi kitbiet liriċi. Uħud minnhom attiraw l-attenzjoni tal-Kardinal Ippolito d'Este, li ħa lill-poeta żagħżugħ taħt il-patrunaġġ tiegħu fil-proprjetà tiegħu. Este ma tantx ta wisq kumpens lil Ariosto għall-isforzi tiegħu; l-unika premju li ta lill-poeta għall-Orlando Furioso, iddedikata lilu, kienet il-mistoqsija, "Minn fejn irnexxielek issib daqstant ġrajjiet, Mastru Ludovico?". Iktar 'il quddiem Ariosto stqarr li l-Kardinal ma kienx rikonoxxenti, li kien jobgħod jaħdem għalih, u li jekk kien jaqla' xi ftit flus, ma kinux bħala premju għall-poeżija tiegħu iżda għaliex kien jagħmilha tal-messaġġier tiegħu.[3]
Ludovico Ariosto u Leonardo da Vinci kellhom l-istess patrun, l-oħt il-kbira tal-Kardinal Ippolito d'Este, il-Markiża Isabella d'Este, l-"Ewwel Mara tar-Rinaxximent". Isabella d'Este tissemma fil-kapulavur ta' Ludovico Ariosto, Orlando Furioso. Tidher ukoll fl-Iskizz għal Ritratt ta' Isabella d'Este ta' Leonardo da Vinci fil-Louvre f'Pariġi.
Il-kardinal mar l-Ungerija fl-1518 u xtaq li Ariosto jakkumpanjah. Il-poeta wieġeb li ma setax minħabba saħħtu, l-imħabba tiegħu għall-istudju, u l-ħtieġa li jieħu ħsieb lil ommu li kienet anzjana. L-iskużi tiegħu ma ntlaqgħux tajjeb, u lanqas ingħata l-possibbiltà ta' intervista. Ariosto u d'Este daħlu f'argument jaħraq, u Ariosto tkeċċa minnufih.[4][5]
Patrunaġġ ġdid u karriera diplomatika
[immodifika | immodifika s-sors]Ħu l-kardinal, Alfonso, id-Duka ta' Ferrara, ħa lil Ariosto taħt il-patroċinju tiegħu. Sa dak iż-żmien, Ariosto kien diġà diplomatiku distint, u wera l-ħiliet tiegħu l-iktar matul iż-żewġ żjarat f'Ruma bħala ambaxxatur tal-Papa Ġulju II. L-għeja u l-iskariġġ ta' wieħed minn dawn il-vjaġġi wassluh biex jimrad u qatt ma rkupra għalkollox, u fit-tieni missjoni tiegħu kważi nqatel minn ordni tal-Papa, li dak iż-żmien inzerta kien f'kunflitt ma' Alfonso.
Meta faqqgħet il-gwerra, is-salarju tiegħu ta' 84 kuruna fis-sena ġie sospiż, u tneħħielu għalkollox wara l-gwerra. Minħabba dan, Ariosto staqsa lid-duka biex jew jipprovdilu salarju jew inkella jħallih ifittex impjieg xi mkien ieħor. Huwa nħatar mal-provinċja ta' Garfagnana fl-Appennini, li dak iż-żmien ma kellhiex gvernatur, għal tliet snin. Il-provinċja kienet tiġi attakkata minn fazzjonijiet u ħallelin, u l-gvernatur ma kellux il-mezzi meħtieġa biex jinforza l-awtorità tiegħu, filwaqt li d-Duka ma tantx appoġġah. It-tmexxija ta' Ariosto ssodisfat kemm lis-sovran kif ukoll liċ-ċittadini li apprezzaw l-attenzjoni tiegħu. Tabilħaqq, hemm ġrajja dwar żmien meta kien qed jimxi waħdu u attakkawh grupp ta' ħallelin; il-kap tagħhom malli skopra li kienu attakkaw l-awtur ta' Orlando Furioso, skuża ruħu li ma wriehx ir-rispett mistħoqq.
Fl-1508 wasal id-dramm ta' Ariosto, Cassaria, u s-sena ta' wara wasal I suppositi li ġie rreċtat għall-ewwel darba f'Ferrara u għaxar snin wara fil-Vatikan. Edizzjoni ta' proża ġiet ippubblikata f'Ruma fl-1524, u l-ewwel edizzjoni bil-versi ġiet ippubblikata f'Venezja fl-1551. Id-dramm, li ġie tradott minn George Gascoigne u li ttella' f'Gray's Inn f'Londra fl-1566 u li ġie ppubblikat fl-1573, intuża iktar 'il quddiem minn Shakespeare bħala sors għal The Taming of the Shrew.
Fl-1516, f'Ferrara ġiet ippubblikata l-ewwel verżjoni ta' Orlando Furioso b'40 canto. It-tielet u l-aħħar verżjoni ta' Orlando Furioso, b'46 canto, waslet fit-8 ta' Settembru 1532.
Stil poetiku
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-kitbiet kollha ta' Ariosto jiddaħħlu kummenti narrattivi msejħa minn Daniel Javitch bħala Cantus Interruptus. Dan it-terminu ta' Javitch jirreferi għat-teknika narrattiva ta' Ariosto f'nofs il-ġrajja ewlenija ta' xi canto, biex imbagħad ikompli f'canto ieħor. Javitch isostni li filwaqt li bosta kritiċi assumew li Ariosto jagħmel dan sabiex iżid it-tensjoni narrattiva u jħajjar lill-qarrej ikompli jaqra iktar, fil-verità l-poeta b'hekk itaffi t-tensjoni narrattivi għaliex jgħaddi ħafna żmien bejn l-interruzzjoni u t-tkomplija. Sa meta l-qarrej jerġa' jasal għat-tkomplija tal-ġrajja, spiss jilħaq jinsa jew jitlef l-interess dwar il-ġrajja ewlenija u sikwit ikun interessa ruħu fi ġrajja oħra. Skont Javitch, Ariosto jagħmel dan sabiex jimmina "x-xewqa bela' iżda persistenti għall-kontinwità u t-tlestija". Ariosto juża din it-teknika tul ix-xogħlijiet kollha tiegħu.[6]
Letteratura u kultura popolari
[immodifika | immodifika s-sors]Il-poeżija ta' Letitia Elizabeth Landon Ariosto to his Mistress (1836) suppost hija l-indirizz tiegħu għal xi sbuħija mhux magħrufa meta ppreżentalha l-Orlando Furioso.
Fil-poeżija tiegħu, Childe Harold's Pilgrimage, Canto the Fourth (1818), Lord Byron iddeskriva l-poeta u r-rumanzier Walter Scott bħala "L-Ariosto tat-Tramuntana", u lil Ariosto bħala "L-iScott tan-Nofsinhar". B'hekk, Byron ikkollega lil Ariosto u r-Rinaxximent Taljan mal-kitba Romantika Skoċċiża u Brittanika tal-bidu tas-seklu 19, b'enfasi fuq it-tradizzjoni letterarja Ewropea. Scott, min-naħa tiegħu, kien influwenzat minn Ariosto u esprima l-ammirazzjoni tiegħu għall-Orlando Furioso.[7][8]
Ludovico Ariosto jitfaċċa wkoll fil-logħba elettronika Assassin's Creed: Revelations (ir-rakkont tal-logħba jiddeskrivi l-vjaġġ ta' Ezio lejn Masyaf, iż-żwieġ ma' Sofia Sartor, it-twelid tat-tfal tiegħu, u l-irtirar tiegħu iktar fid-dettall) bħala assassin. Meta Ezio jirtira wara l-avvenimenti tal-logħba, fl-1513, jagħti l-kariga tiegħu ta' mentor lil Ludovico Ariosto.
L-edizzjoni paperback ta' Orlando Furioso titfaċċa minn taħt il-għajn fuq il-mejda waqt ix-xena taċ-ċena tal-episodju "A Ghost" fil-film ta' Jim Jarmusch Mystery Train (1990).
Iktar qari
[immodifika | immodifika s-sors]- Albert R. Ascoli, Ariosto's bitter harmony: crisis and evasion in the Italian renaissance, Princeton: Princeton University Press, 1987.
- Charles P. Brand, Ludovico Ariosto: a preface to the 'Orlando furioso', Edinburgu: Edinburgh University Press, 1974.
- Giulio Ferroni, Ludovico Ariosto, Ruma: Salerno Editrice, 2008.
- Robert Durling, The figure of the poet in Renaissance epic, Cambridge, Massachusetts: Harvard University Press, 1965.
- Jane E. Everson, Andrew Hiscock u Stefano Jossa (eds), Ariosto, the Orlando Furioso and English Culture. (Oxford: Oxford University Press, 2019). ISBN 9780197266502
- Greene, Thomas. The Descent from Heaven, a Study in Epic Continuity. New Haven: Yale University Press, 1963.
- Javitch, Daniel (2005). The Poetics of Variatio in Orlando Furioso. Modern Language Quarterly. 66 (1): 1–20.
- Stefano Jossa, Ariosto, Bologna: il Mulino, 2009.
- Giuseppe Sangirardi, Ludovico Ariosto, Firenze: Le Monnier, 2006.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Oxford illustrated encyclopedia. Judge, Harry George., Toyne, Anthony. Oxford [l-Ingilterra]: Oxford University Press. 1985–1993. p. 21. ISBN 0-19-869129-7.
- ^ "humanist | Etymology, origin and meaning of humanist by etymonline". www.etymonline.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-08.
- ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Ariosto, Lodovico". Encyclopædia Britannica. 2. (11th ed.). Cambridge University Press. pp. 492-493.
- ^ Bondanella, Peter; et al. (2001). Cassell Dictionary Italian Literature. Bloomsbury Academic. ISBN 0304704644.
- ^ Peter Bondanella; Julia Conway Bondanella (1999). Cassell Dictionary Italian Literature. Bloomsbury Publishing. p. 20. ISBN 978-1-4411-5075-2.
- ^ Daniel Javitch, "Cantus interruptus in the Orlando Furioso", Modern Language Notes, 95, (1980).
- ^ Lord Byron: The Complete Poetical Works, ed. Jerome J. McGann, 7 vols (Oxford: Oxford Clarendon Press, 1980-93, 1980), vol. II, p. 137.
- ^ Susan Oliver, ″Walter Scott and Ariosto's Orlando Furioso″, in Ariosto, the Orlando Furioso and English Culture, ed. Jane Everson, Andrew Hiscock and Stefano Jossa (Oxford: Oxford University Press, Proceedings of the British Academy, 2019), pp. 186-209.