Aqbeż għall-kontentut

San Bastjan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
San Bastjan

San Bastjan pittura ta' Marco Palmezzano, (Musew tal-Belle Arti, Budapest)
Twelid madwar 256
Narbona ? (Gallja)
Mewt madwar 290
Ruma
L-ikbar santwarju Bażilika ta' San Sebastiano fuori le mura, Ruma
Festa 20 ta' Jannar fil-Punent,
18 ta' Diċembru fil-Lvant
Attributi vleġeġ, palma tal-martirju
Patrun/a Dawk li jagħmlu l-labar, arċieri, pulizija, sportivi, militari in ġenerali

San Bastjan, jew San Sebastjan, huwa qaddis u martri Nisrani, li jgħidu li miet fl-20 ta' Jannar, 287 taħt persekuzzjoni tal-Insara mill-Imperatur Ruman Dijoklezjanu fit-3 seklu. Hu jidher f'ħafna mill-arti bħala marbut ma' zokk u minfud bil-vleġġeġ.

Huwa l-patrun tas-suldati, tal-morda bil-pesta, tal-vleġġeġ, tal-atleti u taż-żgħażagħ. Il-festa tiegħu ssir fl-20 ta' Jannar fil-Knisja Kattolika; u fit-18 ta' Diċembru fil-Knisja Ortodossa Griega. F'Malta parroċċa ddedikata lilu qiegħda f'Ħal Qormi u l-festa issir fit-tielet Ħadd ta' Lulju.