Aqbeż għall-kontentut

Carlo Collodi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Carlo Collodi
Ħajja
Isem propju Carlo Lorenzini
Twelid Firenze, 24 Novembru 1826, 1826
Nazzjonalità Renju tal-Italja
Gran Dukat tat-Toskana
Provinċji Magħquda tal-Italja Ċentrali
Renju ta' Sardenja
L-ewwel lingwa Taljan
Mewt Firenze, 26 Ottubru 1890
Post tad-dfin Cimitero delle Porte Sante
Familja
Konjuga/i Not married
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
rumanzier
kittieb tal-kotba tat-tfal
ġurnalist
traduttur
Xogħlijiet importanti I racconti delle fate (en) Translate
Giannettino (en) Translate
Minuzzolo (en) Translate
L-Avventuri ta' Pinocchio
Il Lampione (en) Translate
Psewdonomu Carlo Collodi
Moviment artistiku letteratura tat-tfal
Servizz militari
Iġġieldu Battalja ta' Curtatone u ta' Montanara

Carlo Collodi, psewdonimu ta' Carlo Lorenzini (twieled f'Firenze fl-24 ta' Novembru 1826 – miet f'Firenze fis-26 ta' Ottubru 1890), kien kittieb u ġurnalist Taljan. Sar magħruf peress li kien l-awtur tar-rumanz Le avventure di Pinocchio. Storia di un burattino (L-avventuri ta' Pinocchio. Ġrajja ta' pupazz.), spiss magħruf sempliċement bħala Pinocchio, li sar wieħed mill-kotba klassiċi l-kbar tal-letteratura fid-dinja u ġie tradott b'240 lingwa.[1]

Carlo lorenzini
Carlo Lorenzini f'karikatura ta' Angiolo Tricca ta' 1875.

Carlo Lorenzini twieled fl-24 ta' Novembru 1826 f'Firenze fi Triq Taddea. Missieru, Domenico Lorenzini (1795-1848), kien kok u ommu, Angiolina Orzali (1800-1886), kienet ħajjata u waitress, it-tnejn għas-servizz tal-Markiżi Ginori.[2] Angiolina kienet bint kummerċjant tal-Markiżi Garzoni Venturi, li kien jamministra l-proprjetà ta' Veneri, qrib il-lokalità ta' Collodi, fil-kwartier ta' Pescia, isem li ispira l-psewdonimu adottat minn Lorenzini.

Miż-żwieġ ta' Domenico u Angiolina twieldu b'kollox għaxart itfal: l-iben il-kbir Carlo, imbagħad Marianna (19 ta' Jannar 1828 - 13 ta' Settembru 1829), Paolo (1829-1891), Maria Adelaide (1831-1871), Marianna Seconda (1832-1838), Giuseppina (1834-1850), Paolina Antonietta (1836-1839), Giovannina Letizia (1837-1839), Lorenzo (1839-1839) u Ippolito (1842-1923).

Meta kien żgħir Lorenzini seta' jistudja bis-saħħa tal-għajnuna tal-familja Ginori: għal xi żmien, matul it-tfulija tiegħu (li qatta' l-iktar f'Collodi man-nannu tan-naħa ta' ommu), għex f'dar minn tagħhom f'Triq Taddea, u meta ħuh Paolo sar l-amministratur tal-proprjetà ta' Ginori, fil-Palazz Ginori ta' Triq Rondinelli. Fuq il-faċċata ta' din il-binja hemm plakka li tfakkar is-soġġorn tiegħu fl-aħħar snin ta' ħajtu. Mill-1837 sal-1842 daħal fis-seminarju ta' Colle di Val d'Elsa; ma sarx qassis, iżda ngħata tagħlim tajjeb. Bejn l-1842 u l-1844 attenda lezzjonijiet dwar ir-retorika u l-filosofija f'Firenze, fi skola reliġjuża oħra ta' Scolopi.

Fl-1844 interrompa l-istudji sekondarji tiegħu, iżda diġà kien beda jaħdem fil-ħanut tal-kotba ta' Piatti f'Firenze, x'aktarx mill-1843.[3] Fl-1845 tant kien meqjus li ngħata borża ta' studju ekkleżjastika li ppermettietlu jaqra l-kotba mdaħħla fl-indiċi tal-kotba pprojbiti. Mhuwiex ċert jekk ikkollaborax f'La Rivista di Firenze, filwaqt li mid-29 ta' Diċembru 1847, bil-pubblikazzjoni tal-artiklu dwar il-mużikoloġija L'Arpa, beda jikteb għal L'Italia Musicale, ġurnal ta' Milan li f'qasir żmien sar wieħed mill-kittieba ewlenin u l-iktar rinomati tagħha. Ir-rwol intellettwali ta' Collodi sar prezzjuż, għaliex l-awtur mit-Toskana rnexxielu jgħaddi lil diversi ċittadini ta' Milan xi temi kritiċi fundamentali, marbuta mat-teatru mużikali u l-proża, il-poeżija u r-rumanzi ta' żmienu, li għal żmien twil qanqlu d-dibattitu kulturali tal-Italja.

Fl-1848, malli faqqgħet l-Ewwel Gwerra tal-Indipendenza, daħal volontarjament bħala militar, u ġġieled fil-battaljun tat-Toskana f'Curtatone u f'Montanara.

Meta reġa' lura f'Firenze, stabbilixxa wieħed mill-iżjed ġurnali umoristiċi-politiċi ewlenin ta' dak iż-żmien, Il Lampione, "ġurnal għal kulħadd", li ġie sospiż fil-11 ta' April 1849. Il-ġurnal reġa' beda jiġi ppubblikat fil-15 ta' Mejju 1860 bl-artiklu ta' Collodi li beda hekk: "Ripigliando il filo del nostro discorso interrotto ecc., interrotto da 11 anni!" (Se nkomplu d-diskors tagħna li ġie interrott 11-il sena ilu!). Għal Collodi, bħala patrijott, beda perjodu mhux faċli tal-Gran Dukat tat-Toskana, tant li Lorenzini vvjaġġa spiss lejn Milan u Torino, u qagħad hemmhekk għal perjodi twal. Il-ġurnaliżmu umoristiku dak iż-żmien kien ir-riżorsa prinċipali tiegħu: b'hekk beda jikkollabora ma' bosta ġurnali umoristiċi li bit-tir li joħolqu tbissima, kienu jittrattaw suġġetti artistiċi, teatrali u letterarji: l'Arte, La Scena (b'kollaborazzjoni wkoll ma' Ippolito Nievo), La Lente u oħrajn. Fl-1853 stabbilixxa Scaramuccia, li malajr sar wieħed mill-ġurnali teatrali Taljani ewlenin, u serva bħala mudell għal bosta ġurnali simili fl-Italja kollha. Kien jittratta suġġetti bħall-mużika, it-teatru u l-letteratura b'kompetenza kbir.

Fl-1856, b'kollaborazzjoni mal-ġurnal umoristiku ta' Firenze La Lente, iffirma għall-ewwel darba bil-psewdonimu ta' Carlo Collodi. Fl-istess sena wettaq l-ewwel xogħlijiet tiegħu: Gli amici di casa u Un romanzo in vapore. Da Firenze a Livorno. Guida storico-umoristica. Fl-1859 ipparteċipa fit-Tieni Gwerra tal-Indipendenza bħala militar volontarju fir-riġment tal-Cavalleggeri ta' Novara. Meta ntemmet il-kampanja militari, huwa reġa' lura f'Firenze. Fl-1860 sar ċensur teatrali. Fl-1868, fuq stedina tal-Ministeru għat-Tagħlim Pubbliku, beda jikkontribwixxi għat-tfassil ta' dizzjunarju tal-lingwa mitkellma, in-Novo vocabolario della lingua italiana secondo l'uso di Firenze.

L-ewwel paġna ta' Giornale per i Bambini con il terzo capitolo de Le Avventure di Pinocchio (l-14 ta' Lulju 1881).

Fl-1875 ġie mqabbad mill-editur Felice Paggi biex jittraduċi l-ħrejjef Franċiżi l-iktar famużi. Collodi mhux biss ittraduċa, iżda ħoloq mill-ġdid bit-Taljan, u daħħal tagħlima, ġabra ta' ħrejjef bit-titlu I racconti delle fate, misluta mill-edizzjoni Hachette tal-1853 tal-ħrejjef ta' Charles Perrault, Marie-Catherine d'Aulnoy u Jeanne-Marie Leprince de Beaumont. Il-volum ħareġ is-sena ta' wara.

Fl-1877 tfaċċa Giannettino u fl-1878 tfaċċa Minuzzolo. Fis-7 ta' Lulju 1881, fuq l-ewwel ħarġa tal-ktieb tat-tfal Giornale per i Bambini (pijunier tal-kotba tat-tfal bit-Taljan taħt id-direzzjoni ta' Ferdinando Martini), ħareġ l-ewwel episodju ta' Le Avventure di Pinocchio, bit-titlu Storia di un burattino. Skont is-saġġ ta' Gianni Greco Quel copione di Collodi (Pinocchio non fu il primo naso), tal-2018, Collodi kien ispira ruħu għat-tfassil tal-iżjed rumanz famuż tiegħu minn sorsi ta' qablu. Fl-1883 ippubblika Le avventure di Pinocchio miġbura f'volum. Mit-12 ta' April ta' dik is-sena sat-8 ta' Diċembru 1886, kien id-direttur tal-Giornale per i Bambini. Fil-quċċata tas-suċċess tiegħu, fis-26 ta' Ottubru 1890, Collodi ħassu ħażin fuq l-għatba tad-dar tiegħu, hu u ġej lura għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta' filgħaxija. Huwa ttieħed fis-sodda tiegħu u miet ftit minuti wara, x'aktarx minħabba anewriżma, ftit inqas minn xahar qabel ma għalaq 64 sena. Huwa ġie midfun fiċ-Ċimiterju tal-Bibien Imqaddsa ta' Firenze.

Sikwit saru riferimenti għall-possibbiltà ta' affiljazzjoni ta' Collodi mal-mażunerija. Il-mażunerija, fil-fatt, issostni li Collodi kien membru. Minkejja dan, kif intwera dan l-aħħar minn Daniela Marcheschi, kuratriċi tal-pubblikazzjoni integrali tax-xogħlijiet ta' Collodi, ma hemmx provi reali f'dan ir-rigward. Meta analizzat il-lista tal-affiljati u l-arkivji ta' dak iż-żmien, Marcheschi wriet li Collodi qatt ma kien membru tal-mażunerija. B'hekk, minkejja li xi siti tal-web marbuta mal-mażunerija jsostnu li huwa kien membru, sal-lum qatt ma ntweriet dokumentazzjoni bħala evidenza ta' dan.[4]

Kif turi Marcheschi, l-istqarrija tal-affiljazzjoni ta' Collodi fil-mażunerija hija bbażata fuq fehim żbaljat ta' tislima f'qiegħ waħda mill-ittri tiegħu; fiha "suo affo" ġiet interpretata bħala "fratello" minflok "affezionato": u dan kien biżżejjed biex jinħoloq il-ħsieb li Collodi kien mażun. Id-diffikultajiet li ffaċċja tul ħajtu mbagħad tqiesu bħala konferma tal-fatt li l-awtur ma setax iserraħ fuq appoġġi b'saħħithom. Għalkemm ċertu letteratura tipprova akkost ta' kollox issib ħjiel tal-mażunerija u tal-eżoteriżmu speċjalment f'"Le avventure di Pinocchio", huwa ferm iktar realistiku li x-xogħol fih nisġa tal-fidi Kristjana mħallta mal-esperjenzi personali tal-ħajja tal-awtur.

Fl-1962 ġiet stabbilita l-Fundazzjoni Nazzjonali ta' Carlo Collodi li fost l-għanijiet tagħha għandha t-tixrid tax-xogħlijiet ta' Collodi biex isiru iktar magħrufa, b'mod partikolari "Le avventure di Pinocchio". Bis-saħħa tad-Digriet Ministerjali tad-9 ta' Ġunju 2009 ġiet stabbilita l-Edizzjoni Nazzjonali tax-Xogħlijiet ta' Carlo Lorenzini, ippresjeduta minn Daniela Marcheschi.

Il-Kappella ta' Lorenzini fejn indifen Collodi fil-Ċimiterju tal-Bibien Imqaddsa f'Firenze.
  • Gli amici di casa. Dramma in due atti, Firenze, Riva, 1856; Firenze, Romei, 1862; poi con il saggio Il teatro di C. Collodi, e a cura di Daniela Marcheschi, Lucca, Maria Pacini Fazzi Editore, 1990.
  • Un romanzo in vapore. Da Firenze a Livorno. Guida storico-umoristica, Firenze, Mariani, 1856. Ora cfr. Collodi, Un Romanzo in vapore. Da Firenze a Livorno, a cura di Roberto Randaccio, prefazione di Michèle Merger, in Edizione Nazionale delle Opere di Carlo Lorenzini, Volume I, Collodi-Firenze, Fondazione Nazionale Carlo Collodi-Giunti, 2010.
  • I misteri di Firenze. Scene sociali, Firenze, Fioretti, 1857. Ora cfr. Collodi, I Misteri di Firenze, a cura di Roberto Randaccio, prefazione di Andrea Camilleri, Edizione Nazionale delle Opere di Carlo Lorenzini, Volume I, Collodi-Firenze, Fondazione Nazionale Carlo Collodi-Giunti, 2010.
  • Il sig. Albèri ha ragione! (Dialogo apologetico), Firenze, Cellini, 1859.
  • La manifattura delle porcellane di Doccia. Cenni illustrativi, Firenze, Grazzini, Giannini e C., 1861.
  • Gli estremi si toccano, in "Il Lampione", il-15 ta' Jannar 1861.
  • La coscienza e l'impiego, 1867 circa.
  • Antonietta Buontalenti, 1869-1870.
  • L'onore del marito, 1870.
  • I racconti delle fate. Voltati in italiano, Firenze, Paggi, 1876; e ora anche Collodi, I Racconti delle Fate, a cura e con Introduzione di François Bouchard, Prefazione di Guido Conti, in Edizione Nazionale delle Opere di Carlo Lorenzini, Volume IV, Collodi-Firenze, Fondazione Nazionale Carlo Collodi-Giunti, 2015.
  • Giannettino. Libro per i ragazzi, Firenze, Paggi, 1877.
  • Minuzzolo. Secondo libro di lettura (seguito al Giannettino), Firenze, Paggi, 1878.
  • Macchiette, Milano, Brignola, 1880; poi con Nota introduttiva a e a cura di Daniela Marcheschi, Lucca, Maria Pacini Fazzi Editore, 1989; e ora Macchiette, a cura e con Introduzione di Fernando Molina Castillo, Prefazione di Ernesto Ferrero, in Edizione Nazionale delle Opere di Carlo Lorenzini, Volume III, Collodi-Firenze, Fondazione Nazionale Carlo Collodi-Giunti, 2010.
  • Occhi e nasi. (ricordi dal vero), Firenze, Paggi 1881; e ora Occhi e nasi (Ricordi dal vero), a cura e con Introduzione di Paola Ponti, Prefazione di Roberto Barbolini, in Edizione Nazionale delle Opere di Carlo Lorenzini Collodi, Collodi-Firenze, Fondazione Nazionale Carlo Collodi-Giunti, 2020, Volume V, tomo 1.
  • La grammatica di Giannettino per le scuole elementari, Firenze, Paggi 1883.
  • Le avventure di Pinocchio. Storia di un burattino, Firenze, Paggi 1883 (con varie riedizioni vivente Collodi); e ora Le avventure di Pinocchio. Storia di un burattino, a cura di Roberto Randaccio, Introduzione di Daniela Marcheschi, Prefazione di Mario Vargas Llosa, Edizione Nazionale delle Opere di Carlo Lorenzini, Volume III, Collodi-Firenze, Fondazione Nazionale Carlo Collodi-Giunti, 2012.
  • Il regalo del Capo d'Anno, Torino, Paravia, 1884, poi con Prefazione e a cura di Daniela Marcheschi, Lucca, Maria Pacini Fazzi Editore, 1989-1990.
  • L'abbaco di Giannettino. Per le scuole elementari, Firenze, Pariġi, 1884.
  • Libro di Lezioni per la seconda classe elementare, secondo gli ultimi programmi, Firenze, Paggi, 1885.
  • Un'antipatia. Poesia e prosa, Roma, Perino, 1885.
  • La geografia di Giannettino. Adottata nelle scuole comunali di Firenze, Firenze, Paggi, 1886.
  • Il viaggio per l'Italia di Giannettino, 3 voll., Firenze, Paggi, 1880-1886.
I, L'Italia superiore, Firenze, Paggi, 1880.
II, L'Italia centrale, Firenze, Paggi, 1883.
III, L'Italia meridionale, Firenze, Paggi, 1886.
  • Storie allegre. Libro per i ragazzi, Firenze, Paggi, 1887. Cfr. ora anche Collodi, Storie allegre, a cura e con Introduzione di François Bouchard, Prefazione di Guido Conti, in Edizione Nazionale delle Opere di Carlo Lorenzini, Volume IV, Collodi-Firenze, Fondazione Nazionale Carlo Collodi-Giunti, 2015.
  • Libro di Lezioni per la terza classe elementare secondo gli ultimi programmi, Firenze, Paggi, 1889.
  • La lanterna magica di Giannettino. Libro per i giovanetti, Firenze, Bemporad, 1890.

Altre opere di Carlo Lorenzini, pubblicate postume:

  • Divagazioni critico-umoristiche, raccolte e ordinate da Giuseppe Rigutini, Firenze, Bemporad, 1892.
  • Note gaie, raccolte e ordinate da Giuseppe Rigutini, Firenze, Bemporad, 1892.
  • Attribuita erroneamente a Collodi è l'opera Bettino Ricasoli, Camillo Cavour, Luigi Carlo Farini, Daniele Manin. Biografie del Risorgimento pubblicate in occasione delle onoranze fiorentine a Carlo Lorenzini, Firenze, Marzocco, 1941. Cfr. D. Marcheschi, Ma questo non è Collodi, Il Sole 24 Ore, il-21 ta' Lulju 2011.
  • Cronache dall'Ottocento, a cura di Daniela Marcheschi, Pisa, ETS, 1990. [Raccolta di articoli giornalistici, prima mai ristampati, pubblicati da Carlo Collodi (sotto vari pseudonimi) nei giornali umoristici del tempo].
  • Opere, a cura e con un saggio introduttivo di Daniela Marcheschi, Milano, A. Mondadori, "I Meridiani", 1995. ISBN 88-04-40075-7.
  • Il viaggio per l'Italia di Giannettino, Ristampa anastatica in 3 voll., Collana "Il Genio Vagante", Bergamo, Leading Edizioni, 2006.

Collodi neputi

[immodifika | immodifika s-sors]

Carlo Collodi kellu neputi, Paolo Lorenzini (1876-1958), iben ħuh Ippolito, li wkoll kien kittieb tat-tfal, li uża l-psewdonimu ta' Collodi Nipote (Collodi Neputi). Fost l-oħrajn kiteb Sussi e Biribissi.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Gianni Greco, Quel copione di Collodi (Pinocchio non fu il primo naso), Giornale Pop, 2018.
  • Renato Bertacchini, Il padre di Pinocchio. Vita e opere di Collodi, Camunia, Milan, 1993.
  • Daniela Marcheschi, Collodi ritrovato, Pisa, ETS, 1990.
  • Daniela Marcheschi, Collodi e la linea sterniana nella nostra letteratura, in Carlo Collodi, Opere, a cura di Daniela Marcheschi, Milan, Mondadori, I Meridiani, 1995, pp. XI-LXII.
  • Daniela Marcheschi, Cronologia in Carlo Collodi, Opere, a cura di Daniela Marcheschi, Milan, Mondadori, I Meridiani, 1995, pp. LXVII-CXXIV.
  • Daniela Marcheschi, Biografia di un patriota in AA.VV., Carlo Lorenzini protagonista dell'Unità d'Italia, Collodi, Pescia-San Gimignano, Siena, Fondazione Nazionale Carlo Collodi-Nidiaci, 2011, pp. 25–29.
  • Daniela Marcheschi, Carlo Collodi e gli scritti sull'Umorismo nell'Ottocento, in AA.VV., L'Umorismo in prospettiva interculturale. Immagini, aspetti e linguaggi/Crosscultural Humour: Images, Aspects, and Languages, Atti del II Convegno Internazionale di Studi sull'Umorismo Lucca-Collodi 2009, a cura di Omar Coloru e Giuseppe Minunno, Con CD allegato, Parma, Atelier65, 2014, § IV. Carlo Collodi, prassi e teorie dell'Umorismo.
  • Daniela Marcheschi, Introduzione, in Renato Bertacchini, Le fate e il burattino. Carlo Collodi e l'avventura dell'educazione, a cura di Daniela Marcheschi, Bologna, EDB, 2015, pp. 5-13.
  • Daniela Marcheschi, Il naso corto, Bologna, EDB, 2016.
  • Michele Capitani, Pinocchio. Le ragioni di un successo, Prospettiva editrice, Civitavecchia, 2010, ISBN 978-88-7418-610-5.
  • Maura Del Serra, La commedia salvifica in Pinocchio, in "UICS-Studia", 3, 1988, pp. 1-12.
  • Anna Rosa Vagnoni, Collodi e Pinocchio. Storia di un successo letterario, UNI Service, Trento, 2007, pp. 109, ISBN 978-88-6178-077-4.
  • Felice Del Beccaro, Il paesaggio in «Pinocchio» e altri scritti collodiani, A cura e con Introduzione di Daniela Marcheschi, Prefazione di Renato Bertacchini, Lucca, Istituto Storico Lucchese-Fondazione Nazionale Carlo Collodi, 2005.
  • Silvia Ronchey, "Il burattino framassone", Zolla: la storia di un'iniziazione ispirata a Apuleio, La Stampa, Cultura, 27 febbraio 2002.
  • Daniela Marcheschi, Carlo Collodi critico musicale. Gioacchino Rossini e il Risorgimento, in «Bollettino del Centro Rossiniano di Studi», XLVII, 2007, pp. 5-27.
  • Daniela Marcheschi, In Italia con Collodi e i suoi amici. Un’idea di infanzia, in Pinocchio in volo tra immagini e letterature, a cura di Rossana Dedola e Mario Casari, Milan, Bruno Mondadori editore, 2008, pp. 159–177.
  • Alberto Savinio, Collodi, in Narrate, uomini, la vostra storia, Adelphi, Milan, 1984, IV ed. 2009, 1942.
  • Daniela Marcheschi, Prológo in Carlo Collodi, Las Aventuras de Pinocho. Otros Relatos, Edición de Fernando Molina Castillo, Madrid, Cátedra Letras Universales, 2010, pp. 7–11.
  • Elémire Zolla, Carlo Collodi, in Uscite dal mondo, Adelphi, Milan, 1992.
  • Daniela Marcheschi, Introduction, Chronologie in Collodi, Les Aventures de Pinocchio, Pariġi, Le Livre de Poche, 2010, pp. 7–34.
  • Daniela Marcheschi, Introduzione, in C. Collodi, Le Avventure di Pinocchio. Storia di un burattino, a cura di Roberto Randaccio, Prefazione di Mario Vargas Llosa, Edizione Nazionale delle Opere di Carlo Lorenzini, III vol., Firenze, Giunti, 2012, pp. 19-62.
  • Anna Soldani, Il segreto di Pinocchio. La storia della "vera" Fatina e dei luoghi del burattino. Con un epistolario inedito. Con scritti di Claudia Bertocci, Maurizio Bruschi, Giulio M. Manetti, Florence Art Edizioni, Firenze, 2020.
  • Guido Musco, Pinocchiu, versione in dialetto reggino. Liriti Editore, Reggio di Calabria, 1999.
  1. ^ Giovanni Gasparini, La corsa di Pinocchio, Milan, Vita e Pensiero, 1997. p. 117. ISBN 88-343-4889-3.
  2. ^ Daniela Marcheschi, Cronologia, in C. Collodi, Opere, Milan, Mondadori, 1995, pp. LXIX-LXX.
  3. ^ Daniela Marcheschi, Cronologia, in C. Collodi, Opere, Milano, Mondadori, 1995, p. LXXIV.
  4. ^ Adnkronos (1995-10-05). "COLLODI: MASSONE? RISOLTO IL MISTERO, MAI AFFILIATO". Adnkronos. Miġbur 2023-11-24.