Aqbeż għall-kontentut

Zlata Filipović

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Zlata Filipović
Ħajja
Twelid Sarajevo, 3 Diċembru 1980 (43 sena)
Nazzjonalità Bożnija-Ħerzegovina
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Oxford
St. Andrew's College (en) Translate
Lingwi Bożnijaku
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
traduttur
Xogħlijiet importanti Zlata's Diary (en) Translate

Zlata Filipović (twiedlet fit-3 ta' Diċembru 1980) hija kittieba Bosnijaka-Irlandiża. Hija żammet djarju mill-1991 sal-1993 meta kienet tifla tgħix f'Sarajevo matul il-gwerra tal-Bosnija.

Hi u l-familja tagħha issopravivew il-gwerra u marru jgħixu Pariġi fejn għexu għal perjodu ta' sena.

L-uniku wild ta’ avukat u spiżjar, Filipović trabbiet ġewwa familja ta’ klassi soċjali medja. Kienet studenta tal-unur, b’ambizzjonijiet biex issir ġurnalist. Bejn l-1991 u l-1993, kitbet fid-djarju dwar l-orrur tal-assedju ta’ Sarajevo fid-djarju tagħha, Mimmy.[1]

Filipović u l-familja tagħha issopravivew il-gwerra u ħarbu lejn Pariġi fl-1993, fejn għexu għal żmien ta' sena. Filipović ilha tgħix f’Dublin, l-Irlanda minn Ottubru 1995, fejn attendiet St. Andrew’s College u Trinity College Dublin. Hija ggradwat mill-Università ta’ Oxford fl-2001 b'lawra fix-xjenzi umani. Filipović kitbet id-daħla għal-ktieb The Freedom Writers Diary u editjat b'mod konġunt Stolen Voices: Young People's War Diaries, From World War I to Iraq. Filipović ipparteċipat fil-verżjoni Kanadiża tal-programm televiżiv Tout le monde en parle fid-19 ta’ Novembru 2006. Mill-2016 għexet f’Dublin, l-Irlanda, u ħadmet fil-qasam ta’ produzzjoni dokumentarja u produzzjoni oħra tal-films.

Sena Titlu Noti
1993 Zlata's Diary
1999 The Freedom Writers Diary: How a Teacher and 150 Teens Used Writing to Change Themselves and the World Around Them Daħla ta' Zlata Filipović
2004 Milošević: The People's Tyrant Daħla u traduzzjoni ta' Zlata Filipović
2006 Stolen Voices: Young People's War Diaries, from World War I to Iraq Editjat b'mod konġunt minn Zlata Filipović
2009 From the Republic of Conscience: Stories Inspired by the Universal Declaration of Human Rights[2] Artikolu 4, "Lost in Arizona" ta' Zlata Filipović
2010 Even in Chaos: Education in Times of Emergency Kapitolu sitta, "Hear Our Voices: Experiences of Conflict-Affected Children" ta' Zlata Filipović

Fl-2011, hija pproduċiet il-film qasir Stand Up! għall-kampanja Stand Up! maħluqa minn BeLonG To, organizzazzjoni ta' servizzi taż-żgħażagħ LGBTQ fl-Irlanda kontra l-bullying omofobiku fl-iskejjel. Din ġiet aċċessata aktar minn 1.6 miljun darba fuq YouTube.[3]

Filipović serviet fil-Kumitat Eżekuttiv ta’ Amnesty International Ireland (2007–13) u hija membru fundatur ta’ NYPAW (Network of Young People Affected by War). Tkellmet b'mod estensiv fl-iskejjel u universitajiet madwar id-dinja dwar kwistjonijiet ta' tfal f'kunflitti. Kienet membru tal-Ġurija tal-UNESCO għall-Premju għat-Tfal u Letteratura taż-Żgħażagħ għat-Tolleranza u hija riċevitur tal-Premju Child of Courage miċ-Ċentru Simon Wiesenthal f'Los Angeles (1994).  

  • 2011: Stand up
  • 2012: Motion Sickness
  • 2013: Abacus
  • 2014: Stand up for your friends
  • 2016: OCD and Me
  • 2016: The Wake
  • 2017: James Vincent McMorrow: One Thousand Times
  • 2017: Bittersweet (dokumentarju)
  • 2018: Johnny (dokumentarju)
  • 2018: Villagers - Fool
  • 2019: Strong at the Broken Places
  • 2010: Blood of the Irish
  • 2011: Hold on Tight
  • 2012: Three Men Go to War
  • 2013: Here Was Cuba
  • 2014: Somebody to love
  • 2016: The Farthest
  • 2016: The Story of Yes
  • 2017: The Babymakers (serje dokumentarja)
  • 2018: The Game: The Story of Hurling (serje dokumentarja)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]