Settembru
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Jannar · | Frar · | Marzu · | April · | Mejju · | Ġunju · | Lulju · | Awwissu · | Settembru · | Ottubru · | Novembru · | Diċembru |
◄ | Settembru | ► | ||||
Ħad | Tne | Tli | Erb | Ħam | Ġim | Sib |
1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |
8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 |
15 | 16 | 17 | 18 | 19 | 20 | 21 |
22 | 23 | 24 | 25 | 26 | 27 | 28 |
29 | 30 | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 |
Settembru hu d-disa' xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan, kif ukoll wieħed mill-erba' xhur Gregorjani ta' 30 ġurnata.
Ix-xahar ta' Settembru jibda fl-astroloġija oċċidentali bix-xemx fis-sinjal tal-Verġni u jispiċċa f'dak tal-Miżien. Astronomikament, ix-xemx attwalment tibda fil-kostellazzjoni tal-Iljun u tispiċċa fil-kostelazzjoni tal-Miżien. Fil-Latin, septem tfisser "sebgħa" u septimus tfisser "is-seba'"; Settembru kien fil-fatt is-seba' xahar fil-kalendarju Ruman sas-sena 153 QK, meta kienet hemm riforma fil-kalendarju.[1]
Settembru jimmarka l-bidu tas-sena ekkleżjastika fil-Knisja Ortodossa Orjentali. Dan ix-xahar jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal Diċembru kull sena, minħabba l-fatt li hemm 91 ġurnata li jisseparaw lil Settembru u Diċembru, li hu numru multiplu ta' sebgħa (in-numru ta' ġranet f'ġimgħa).
Avvenimenti f'Settembru
[immodifika | immodifika s-sors]- Dan hu l-bidu tas-sena akkademika f'ħafna pajjiżi
- Jum il-Missier fl-Awstralja – fl-ewwel Ħadd
- Jum il-Missier fi New Zealand – fl-ewwel Ħadd
- Patriot Day fl-Istati Uniti – 11 ta' Settembru[2][3]
- Jum l-Indipendenza fil-Messiku – 16 ta' Settembru[4]
- Jum l-Eroj Nazzjonali f'Saint Kitts u Nevis – 16 ta' Settembru
- Jum l-Indipendenza f'Saint Kitts u Nevis – 19 ta' Settembru[5]
Mixxellanja
[immodifika | immodifika s-sors]- Fl-1752, l-Imperu Brittaniku adotta l-kalendarju Gregorjan.
- Settembru fl-Emisferu tat-Tramuntana hu l-istaġun ugwali għal Marzu fl-Emisferu tan-Nofsinhar u viċi-versa.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Kalendarju Ruman
- ^ "Il-President Bush iħabbar il-11 ta' Settembru bħala l-Patriot Day". Arkivjat mill-orġinal fl-2002-09-11. Miġbur 2002-09-11.
- ^ Patriot Day, 2003
- ^ "Jum l-Indipendenza tal-Messiku - 16 ta' Settembru". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-12. Miġbur 2008-04-30.
- ^ "CIA - Il-Ktieb tal-Fatti - Saint Kitts u Nevis". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-02-13. Miġbur 2008-04-30.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Settembru (September) |