Aqbeż għall-kontentut

Los Angeles

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Los Angeles
 Stati Uniti tal-Amerka
Amministrazzjoni
Stat sovranStati Uniti tal-Amerka
U.S. stateCalifornia (mul) Translate
County of CaliforniaLos Angeles County (en) Translate
Kap tal-Gvern Karen Bass (mul) Translate
Isem uffiċjali City of Los Angeles
Ismijiet oriġinali El Pueblo de Nuestra Señora la Reina de los Ángeles del Río de Porciúncula
Kodiċi postali 90001–90068, 90070–90084, 90086–90089, 90091, 90093–90097, 90099, 90101–90103, 90174, 90185, 90189, 90291–90293, 91040–91043, 91303–91308, 91342–91349, 91352–91353, 91356–91357, 91364–91367, 91401–91499u 91601–91609
Ġeografija
Koordinati 34°06′N 118°12′W / 34.1°N 118.2°W / 34.1; -118.2Koordinati: 34°06′N 118°12′W / 34.1°N 118.2°W / 34.1; -118.2
Los Angeles is located in the United States
Los Angeles
Los Angeles
Los Angeles (the United States)
Superfiċjenti 1,302.15171 kilometru kwadru
Għoli 106 m
Fruntieri ma' Lomita (en) Translate, Compton (en) Translate, Huntington Park (en) Translate, East Los Angeles (en) Translate, Willowbrook (en) Translate, Alhambra (en) Translate, South Pasadena (en) Translate, Monterey, Pasadena, Glendale (en) Translate, Burbank, San Fernando (en) Translate, Hidden Hills (en) Translate, El Segundo (en) Translate, Santa Monica (mul) Translate, West Hollywood (en) Translate, Inglewood (en) Translate, Long Beach, Torrance (en) Translate, West Athens (en) Translate, Carson (en) Translate, San Pedro (en) Translate, Gardena (en) Translate, Culver City (en) Translate, Beverly Hills (mul) Translate, Ladera Heights (en) Translate, Westmont (en) Translate, West Carson (en) Translate, Calabasas (en) Translate, Lynwood (en) Translate, Monterey Park (en) Translate, Montebello (en) Translateu Vernon (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 3,898,747 abitanti (1 April 2020)
Unitajiet domestiċi 1,402,522
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni It-TlietaambUTCIt-Tlieta
Kodiċi tat-telefon 213, 310, 424, 323, 747u 818
Żona tal-Ħin UTC−08:00 (en) Translate, Pacific Time Zone (en) Translateu UTC−07:00 (en) Translate
bliet ġemellati Berlin, Mumbai, Nagoya, Eilat (en) Translate, Bordeaux, Lusaka (en) Translate, Belt tal-Messiku, Tehran, Taipei, Guangzhou, Ateni, San Pietruburgu, Vancouver, Giza, Ġakarta, Kaunas, Makati, Split, Kroazja, Bejrut, Salvador da Bahia, Londra, Montreal, Yerevan, Amsterdam, Busan, Manchester, Podgorica, Auckland, Ischia (en) Translate, Ashdod, Auckland City (en) Translate, Santa Maria degli Angeli (en) Translate, Los Mochis (en) Translate, Tijuana, Manilau Dubaj
lacity.gov

Los Angeles, magħrufha wkoll fil-qasir bħala L.A., hija belt fl-Istati Uniti tal-Amerika, iċ-ċentru kulturali, finanzjarju u kummerċjali ta' Southern Calfornia. B'popolazzjoni ta' 3,976,322 ruħ (skont ċensiment tal-2016), din il-belt hi t-tieni l-ikbar waħda f'termini ta' popolazzjoni fl-Istati Uniti (wara New York City) u l-ikbar waħda fl-istat ta' California. Ikkonfinata minn tliet naħat ta' muntanji li jwasslu mat-3,000 metru f'baċin qrib il-kosta, Los Angeles tkopri żona ta' madwar 469 mil kwadru (1,210 km2). Il-belt hi wkoll is-sede tal-Kontea ta' Los Angeles, l-ikbar kontea fil-pajjiż. Los Angeles hi ċ-ċentru taż-żona metropolitana ta' Los Angeles, bi 13-il miljun resident.

Storikament, Los Angeles ġiet uffiċjalment fundata fl-4 ta' Settembru 1781, mill-gvernatur Spanjol Felipe de Neve. Din saret parti mill-Messiku fl-1821 wara l-Gwerra tal-Indipendenza tal-Messiku. Fl-1848, fi tmiem tal-Gwerra Messiku-Amerikana, Los Angeles u l-kumplament ta' California inxtraw biex saru parti mill-Istati Uniti. Los Angeles saret muniċipalità fl-4 ta' April 1850, ħames xhur qabel ma' California kisbet l-istatus ta' stat. L-iskoperta taż-żejt fl-1890ijiet wasslu għal spinta ekonomika qawwija fil-belt.

Imlaqqma bħala City of Angels (Il-Belt tal-Anġli) minħabba kif isimha huwa tradott bil-lingwa Spanjola, Los Angeles hi magħrufha għall-klima Mediterranja tagħha u d-diversità etnika. Il-belt hija wkoll mutur ekonomiku sustanzjali fil-pajjiż, b'ekonomija diversifikata f'numru ta' kampijiet professjonali u kulturali. Los Angeles hi wkoll famuża minħabba li fiha tospita lil Hollywood, iċ-ċentru tal-industrija tad-divertiment fid-dinja.

Los Ángeles Plaza, 1869

L-isem Los Angeles ġej mill-Ispanjol għal "L-Anġli" u huwa verżjoni mqassra mill-isem oriġinali tal-post li kien "El Pueblo de Nuestra Señora la Reina de los Ángeles de Porciúncula"[1] (bil-Malti, "il-belt ta' Santa Marija tal-Anġli ta' Porzjunkola"), mogħti wara li l-esploratur Katalan Gaspar de Portolà mexxa spedizzjoni f'Southern California flimkien mal-patrijiet Franġiskani Junípero Serra u Juan Crespi. Fl-4 ta' April 1850, California saret stat tal-Istati Uniti, u fl-istess sena Los Angeles saret muniċipalità meta l-popolazzjoni tagħha kienet ta' madwar 1,600 ruħ. Il-ferrovija waslet Los Angeles fl-1876 taħt il-kumpanija Southern Pacific Railroad.

L-ewwel korp tal-pulizija f'Los Angeles ġie fundat fl-1853 taħt l-isem ta' Los Angeles Rangers, minn volontiera. Fl-1869 twaqqfet l-LAPD, akronimu ta' Los Angeles Police Department, meta sitt aġenti ġew maħtura mill-kap tal-pulizija William C. Warren. Illum il-ġurnata hemm 'il fuq minn 4,000 aġent tal-għassa, mingħajr ma jingħaddu il-Los Angeles Sheriff's Department, li jkopru l-kontea kollha ta' Los Angeles.

L-ewwel tkabbir fl-iżvilupp ta' Los Angeles kien fl-iskopera taż-żejt fl-1892. Fl-1923, iż-żona ta' Los Angeles kienet tforni kwart taż-żejt konsumat fid-dinja. Los Angeles ospitat żewġ edizzjonijiet tal-Logħob Olimpiku fl-1932 u l-1984.

Residenti notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ Pool, Bob (2005-03-26). "City of Angels' First Name Still Bedevils Historians" (bl-Ingliż). Los Angeles Times.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]