Liebru
Liebri | |
---|---|
Liebru Ewropew (Lepus europaeus) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Lepus Linnaeus, 1758 |
Sottoġeneri | |
Il-liebri (sing. Liebru) huma l-leporidi tal-ġeneru Lepus għalkemm uħud minn dawn jissejħu fniek ħmir u erba' speċi oħra ta' leporidi tal-ġeneri Caprolagus u Pronolagus xi drabi jissejħu liebru u liebru l-ġebel rispettivament ukoll, biss dawn huma fniek.
Il-liebri huma mammiferi ta' ħeffa kbira (eż. il-Liebru Ewropew Lepus europaeus kapaċi jilħaq veloċità ta' 70 kilometru jew 45 mil fis-siegħa).
Normalment il-liebru huwa mammiferu ta' natura mistħija u jgħix ħajja solitarja jew bħala par, għalkemm il-Liebru Ewropew jibdel l-attitudni tiegħu lejn ir-rebbiegħa fejn dawn jibdew jiġru wara xulxin matul il-ġurnata fid-dawl tax-xemx f'nofs il-kampanja. Din l-imġiba hija xejn aktar ħlief kompetizzjoni bejn l-irġiel biex jakkwistaw id-dominanza u b'hekk aċċess għal aktar nisa biex jirriproduċu magħhom. Waqt dan iż-żmien ta' freneżija fost il-liebri, wieħed jista' jarahom jagħtu u jiġġieldu bl-idejn. Għal żmien twil ħafna kienu jaħsbu li dan kien ikun ġlied ta' kompetizzjoni bejn l-irġiel, iżda minn osservazzjonijiet aktar fil-qrib irrisulta li dan ma kienx ħlief ġlied bejn in-nisa u l-irġiel, biex in-nisa juru li għadhom m'humiex lesti għat-tgħammir jew biex jaraw id-determinazzjoni ta' l-irġiel.
Il-liebri ma jgħixux bħal biċċa l-kbira tal-fniek f' bejta taħt l-art u dan lanqas meta jasal iż-żmien taż-żrameġ. It-twelid taż-żgħar isir ġo bejta magħmulha minn ħofra baxxa jew fil-ħaxix mirfus u mgħaffeġ mill-omm. Din mhijiex problema għaż-żrameġ għax huma addattati għan-nuqqas ta' protezjoni fisika billi jitwieldu miksijjin bil-pil u b'għajnejhom miftuħa, b'hekk ftit żmien wara t-twelid dawn ikunu kapaċi jaħsbu għalihom infushom, għall-kuntrarju taż-żrameġ tal-fniek fejn dawn jitwieldu għomja, mingħajr pil u totalment dipendenti fuq l-omm.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru incertae sedis
- Liebru Ġappuniż, Lepus brachyurus
- Liebru Abissinjan, Lepus habessinicus
- Sottoġeneru Macrotolagus
- Liebru antilop jew Fenek ħmar antilop, Lepus alleni
- Sottoġeneru Poecilolagus
- Liebru taż-żarbuna tas-silġ, Lepus americanus
- Sottoġeneru Lepus
- Liebru tal-Artiku, Lepus arcticus
- Liebru tal-Alaska, Lepus othus
- Liebru tal-muntanji, Lepus timidus
- Sottoġeneru Proeulagus
- Liebru ta' denbu iswed jew Fenek ħmar ta' denbu iswed, Lepus californicus
- Liebru tal-ġnub bojod jew Fenek ħmar tal-ġnub bojod, Lepus callotis
- Liebru ta' Kap, Lepus capensis
- Liebru ta' Tehuantepec jew Fenek ħmar ta' Tehuantepec, Lepus flavigularis
- Liebru iswed jew Fenek ħmar iswed, Lepus insularis
- Liebru tax-xgħari, Lepus saxatilis
- Liebru tad-deżert jew Liebru tar-ramel, Lepus tibetanus
- Liebru ta' Tolai, Lepus tolai
- Sottoġeneru Eulagos
- Liebru xkupa, Lepus castroviejoi
- Liebru ta' Yunnan, Lepus comus
- Liebru Korean, Lepus coreanus
- Liebru Taljan jew Liebru Korsikan, Lepus corsicanus
- Liebru Ewropew, Lepus europaeus
- Liebru ta' Granada, Lepus granatensis
- Liebru Manċurjan, Lepus mandshuricus
- Liebru sufi, Lepus oiostolus
- Liebru tal-altipjan tal-Etjopja, Lepus starcki
- Liebru ta' denbu abjad jew Fenek ħmar ta' denbu abjad, Lepus townsendii
- Sottoġeneru Sabanalagus
- Liebru Etjopjan, Lepus fagani
- Liebru tas-savana Afrikana, Lepus microtis
- Sottoġeneru Indolagus
- Liebru ta' Hainan, Lepus hainanus
- Liebru Indjan, Lepus nigricollis
- Liebru ta' Burma, Lepus peguensis
- Sottoġeneru Sinolagus
- Liebru Ċiniż, Lepus sinensis
- Sottoġeneru Tarimolagus
- Liebru ta' Yarkand, Lepus yarkandensis
- Sottoġeneru incertae sedis
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
- Id-Databażi Palebijoloġika