Aqbeż għall-kontentut

Katerina Parr

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Katerina Parr
Consort of England (en) Translate

12 Lulju 1543 - 28 Jannar 1547
Consort of Ireland (en) Translate

Ħajja
Isem propju Katharine Parr
Twelid Kendal (en) Translate, 1512, Awwissu 1512
Nazzjonalità Renju tal-Ingilterra
L-ewwel lingwa Ingliż
Mewt Sudeley Castle (en) Translate, 5 Settembru 1548
Post tad-dfin Sudeley Castle (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (puerperal disorders (en) Translate)
Familja
Missier Sir Thomas Parr
Omm Maud Green, Lady Parr
Konjuga/i Sir Edward Burgh (en) Translate  (1529 -  1533)
John Neville, 3rd Baron Latimer (en) Translate  (1534, 1533 -  2 Marzu 1543)
Enriku VIII tal-Ingilterra  (12 Lulju 1543 -  7 Frar 1547)
Thomas Seymour, 1st Baron Seymour of Sudeley (en) Translate  (Mejju 1547 -  5 Settembru 1548)
Ulied
uri
Aħwa
Familja
Tribù House of Neville (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Spanjol
Taljan
Franċiż
Latin
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
lady-in-waiting (en) Translate
konsorti
Xogħlijiet importanti Psalms or Prayers (en) Translate
Prayers or Meditations (en) Translate

Katerina Parr (bl-Ingliż: Catherine Parr; kienet tiffirma l-ittri tagħha bħala Kateryn; twieldet fl-1512 u mietet fil-5 ta’ Settembru 1548) kienet ir-Reġina tal-Ingilterra u tal-Irlanda bħala l-aħħar mara mis-sitta tar-Re Enriku VIII, minn meta żżewġu fit-12 ta’ Lulju 1543 sal-mewt ta’ Enriku fit-28 ta’ Jannar 1547. Katerina kienet l-aħħar Reġina Konsorti mid-dinastija ta’ Tudor, u għexet sena u tmien xhur aktar minn Enriku. Hija l-aktar Reġina Ingliża li żżewġet, fil-fatt kellha erbat irġiel. Hija l-ewwel mara li ppublikat xogħol oriġinali taħt isimha stess, bl-Ingliż, u fl-Ingilterra.

Katerina kellha relazzjoni tajba ħafna u intima ma’ Marija, Eliżabetta u Dwardu, it-tlett itfal ta’ Enriku. Hi kienet direttament involuta fl-edukazzjoni ta’ Eliżabetta u Dwardu. Kienet influwenti biex Enriku jgħaddi t-Tielet Att ta’ Suċċessjoni fl-1543, li bih uliedu Marija u Eliżabetta setgħu jkunu eredi għat-tron. Katerina nħatret reġġent minn Lulju sa Settembru tal-1544 filwaqt li Enriku kien fuq kampanja militari fi Franza; kieku tilef ħajtu, kellha tibqa’ tirrenja bħala reġġent sakemm Dwardu ikollu żmien biżżejjed biex ikun jista’ jokkupa t-tron. Madankollu, fit-testment ma ħallielha l-ebda rwol fil-gvern. Wara l-mewt tar-re, hi kellha tkun responsabbli għal Eliżabetta, bint ir-raġel tagħha.

Fil-25 ta’ April 1544, Katerina ppublikat l-ewwel ktieb tagħha, Psalms or Prayers, anonimament. Il-ktieb tagħha Prayers or Meditations kien l-ewwel ktieb ppublikat minn reġina Ingliża taħt isimha stess, fit-2 ta’ Ġunju 1545. Hi ppublikat it-tielet ktieb, The Lamentation of a Sinner, fil-5 ta’ Novembru 1547. Minħabba s-simpatija tagħha lejn il-Protestantiżmu, provokat il-mibegħda ta’ uffiċjali li kienu kontra l-Protestantiżmu, u li ppruvaw idawru r-Re kontriha. Ħareġ mandat għall-arrest tagħha, aktarx fir-rebbiegħa tal-1546. Minkejja dan, hi u r-re ma damux ma rrikonċiljaw.

Wara l-mewt ta’ Enriku fl-1547, Katerina setgħet iżżomm il-ġojjelli u l-ħwejjeġ tar-Reġina bħala l-armla tar-Re. Madwar sitt xhur wara l-mewt ta’ Enriku, iżżewġet lir-raba’ u l-aħħar raġel, Tumas (Thomas Seymour), l-ewwel Baruni Seymour ta’ Sudeley. Seymour kien iz-ziju tar-Re Dwardu VI (iben ir-raġel ta’ Katerina) u ħu l-LordProtettur tal-Ingilterra, Dwardu Seymour, l-ewwel Duka ta’ Somerset, u ta’ Jane Seymour, it-tielet mara ta’ Enriku. Ir-raba’ u l-aħħar żwieġ ta’ Katerina ma damx wisq, għax mietet fil-5 ta’ Settembru 1548 minħabba kumplikazzjonijiet li nqalgħu meta kienet qed twelled. Il-funeral tagħha sar fis-7 ta’ Settembru 1548 u kien l-ewwel funeral Protestant fl-Ingilterra, fl-Iskozja u fl-Irlanda li sar bl-Ingliż.