Aqbeż għall-kontentut

It-Tripletta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-tliet trofej mirbuħa minn Manchester United fl-1999: (xellug għall-lemin) it-trofew tal-Premier League, il-UEFA Champions League u l-FA Cup

It-Tripletta (jew aħjar bl-Ingliż, The Treble) huwa terminu fil-futbol li jintuża' biex jirreferi għal klabb li jkun rebaħ il-kampjonat nazzjonali, l-aqwa tazza domestika u t-tazza tal-kompetizzjoni kontinentali fl-istess staġun. Ġeneralment, tripletta tinqasam fi tliet kategoriji diversi. Dawn huma, it-Tripletta Kontinentali – għal tim li jirbaħ il-kampjonat domestiku, l-aqwa tazza domestika u l-aqwa tazza kontinentali, u t-Tripletta Domestika – tikkonsisti mill-kampjonat u rebħiet fiż-żewġ tazzi nazzjonali.

L-FA Community Shield (jew trofej minuri oħra simili), is-Supertazza Ewropea (jew dawk minn konfederazzjonijiet oħra), is-Supertazzi domestiċi (bħas-Supertazza tal-Italja, is-Supertazza ta' Spanja), it-Tazza Interkontinentali, jew it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs huma rari riferuti bħala parti mit-tripletta.

Tripletta oħra distinti hi t-Tripletta Internazzjonali, li tikkonsisti mill-aqwa kompetizzjoni kontinentali (għall-UEFA, il-Kampjonati Ewropej), it-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Din hi differenti mit-tripletti l-oħra hekk kif hu impossibbli li tirbaħ dawn kollha fi staġun wieħed jew f'sena ta' kalendarju; pajjiż li jikseb din it-tripletta hu kkunsidrat bħala d-detentur tat-tliet trofej fl-istess ħin.

Ir-rebħ ta' erba' trofej rari sseħħ, fejn din tissejjaħ Il-Kwadruplu u tikkonsisti mir-rebħ tat-tazza kontinentali u tliet tazzi domestiċi. Dan l-avveniment seħħ darba biss fl-istorja mit-tim ta' Celtic lura fl-1967.

It-Tripletta Kontinentali

[immodifika | immodifika s-sors]

Din it-tip ta' tripletta tikkonsisti minn klabb jirbaħ l-ogħla livell tal-kampjonat nazzjonali u r-rebħ tal-aqwa kompetizzjoni domestika (Id-Doppjetta), flimkien mal-kampjonat kontinentali, dawn kollha fi staġun wieħed. Dan it-tragward intlaħaq l-ewwel darba mit-tim ta' Celtic fl-1967, meta dan rebaħ il-kampjonat Skoċċiż, it-Tazza Skoċċiża u t-Tazza taċ-Ċampjins, u kif ukoll il-League Cup. Minn dakinhar 'il quddiem, erba' timijiet oħra laħqu dan it-tragward fl-Ewropa, waqt li erba' Afrikani, żewġ Ażjatiċi u tim Nord-Amerikan irrepetew ir-rebħ tat-tripletta.

Klabb Sena Titli mirbuħa għat-tripletta
Skozja Celtic FC 1967 Premier League Skoċċiż, Tazza Skoċċiża, Tazza taċ-Ċampjins
Repubblika Demokratika tal-Kongo Englebert 1967 Linafoot, Tazza tal-Kongo, CAF Champions League
Żajr AS Vita Club 1973 Linafoot, Tazza tal-Kongo, CAF Champions League
Trinidad u Tobago Defence Force 1985 TT Pro League, Tazza tat-Trinindad u Tobago, CONCACAF Champions Cup
Qatar Al-Sadd 1988 Qatari League, Tazza tal-Qatar, AFC Champions League
Netherlands AFC Ajax 1972 Eredivisie, KNVB Cup, Tazza taċ-Ċampjins
Netherlands PSV Eindhoven 1988 Eredivisie, KNVB Cup, Tazza taċ-Ċampjins
Tajlandja Thai Farmers Bank 1995 Thai League, Tazza tat-Tajlandja, AFC Champions League
Ingilterra Manchester United FC 1999 FA Premier League, FA Cup, Champions League
Gana Hearts of Oak 2000 Premier League Ganiż, Tazza tal-Gana, CAF Champions League
Eġittu Al-Ahly 2005
2006
Premier League Eġizzjan, Tazza tal-Eġittu, CAF Champions League
Spanja FC Barcelona 2009 La Liga, Tazza tar-Re, Champions League
Italja FC Internazionale Milano 2010 Serie A, Tazza Taljana, Champions League
Tuneżija Espérance de Tunis 2011 Ligue Professionnelle 1, Tazza Tuneżina, CAF Champions League
Ġermanja Bayern Munich 2013 Bundesliga, DFB Pokal, Champions League

It-Tripletta Domestika

[immodifika | immodifika s-sors]

Din it-tip ta' tripletta tikonsisti minn klabb li jirbaħ l-ogħla diviżjoni tal-pajjiż flimkien mal-aqwa żewġ tazzi domestiċi, kollha fi staġun wieħed

Klabb Numru ta'
tripletti
Titli mirbuħa għat-tripletta
Skozja Rangers 7 Scottish Premier League, Tazza Skoċċiża, Tazza tal-Kampjonat Skoċċiża
Ħong Kong South China 4 Hong Kong League, Hong Kong Senior Shield, Hong Kong FA Cup
Ġermanja Bayern München 3 Bundesliga, Tazza Ġermaniża, Tazza tal-Kampjonat Ġermaniża
Skozja Celtic 3 Scottish Premier League, Tazza Skoċċiża, Tazza tal-Kampjonat Skoċċiża
Irlanda ta' Fuq Linfield 3 Irish Premier League, Tazza tal-Irlanda ta' Fuq, Tazza tal-Kampjonat Irlandiża
Repubblika tal-Irlanda Shamrock Rovers 3 Irish Premier League, Tazza Irlandiża, League of Ireland Shield
Malażja Kedah 2 Malaysian Super League, Tazza tal-Malażja, Tazza tal-Kampjonat tal-Malażja
AwstraljaMelbourne Victory 1 A-League Challenge Cup, A-League Premiership, A-League Grand Final
Brażil Cruzeiro 1 Kampjonat Mineiro, Tazza tal-Brażil, Campeonato Brasileiro Série A
Ħong Kong Sun Hei 1 Hong Kong League, Hong Kong Senior Shield, Tazza tal-Ħong Kong
Qatar Al-Sadd 1 Qatari League, Tazza tal-Qatar, Tazza tal-Kuruna tal-Prinċep tal-Qatar
Stati Uniti Fall River Marksmen 1 American Soccer League, U.S. Open Cup, Tazza Lewis
Stati Uniti Brookhattan 1 American Soccer League, U.S. Open Cup, Tazza Lewis
Repubblika tal-Irlanda Bohemians 1 Irish Premier League, Tazza Irlandiża, League of Ireland Shield
Repubblika tal-Irlanda Derry City 1 Irish Premier League, Tazza Irlandiża, League of Ireland Shield

It-Tripletta Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Din it-tripletta tinvolvi dawk it-timijiet nazzjonali li rnexxielhom jirbħu tliet trofej fl-istess żmien. Dawn it-tip ta' tripletti huma impossibbli li jiġu miksuba fi staġun wieħed, u ġeneralment tikkonsisti mir-rebħ tal-kampjonat kontinentali tat-tim, it-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.

Pajjiż Sena Titli mirbuħa għat-tripletta
 Brażil 1997 Tazza tad-Dinja 1994, Copa America 1997 Tazza tal-Konfederazzjonijiet 1997
 Franza 2001 Tazza tad-Dinja 1998, Kampjonati Ewropej 2000, Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2001
 Brażil 2005 Tazza tad-Dinja 2002, Copa America 2004, Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]