Portal:Matematika

Portal tal-Matematika

 Il-Matematika, jekk inħarsu lejha sewwa, naraw li fiha mhux biss il-verità, imma sbuħija suprema, sbuħija kiesħa u awstera, bħal dik tal-iskultura. 

Bertrand Russell (1872-1970)

 Il-Matematika nistgħu niddefinuha bħala s-suġġett fejn qatt ma nafu fuqhiex qed nitkellmu, u lanqas jekk hux veru dak li qed ngħidu. 

Friedrich Nietzsche (1844-1900)
editja  

Matematika

Mathematika
Mathematika

Il-kelma Matematika ġejja mill-Grieg μαθηματικά (máthema), li tfisser "tagħlim", jew "xjenza"; μαθηματικός (mathematikós) tfisser "wieħed li jrid jitgħallem".

Fid-dixxiplina tal-matematika jiġu studjati problemi dwar il-kwantità, estensjoni u figuri spazjali, moviment tal-korpi, u l-istrutturi kollha fejn dawn l-aspetti jistgħu jiġu analizzati b'mod ġenerali.

Il-matematika għandha tradizzjoni qadima fil-ġnus kollha; kienet l-ewwel dixxiplina li adottat metodi rigorużi ħafna, u b'hekk laħqet l-istatus ta' xjenza; progressivament il-metodi tagħha żviluppaw u nfirxu ma' ħafna oqsma fejn jistgħu jkunu ta' għajnuna fil-komputazzjoni u l-imudellar.

Aktar fuq il-Matematika...
editja  

Artiklu fil-Vetrina

editja  

Kategoriji relatati

editja  

Artikli riċenti

Marie-Sophie Germain

Marie-Sophie Germain (pronunzja bil-Franċiż: [maʁi sɔfi ʒɛʁmɛ̃]; twieldet fl-1 ta' April 1776 – mietet fis-27 ta' Ġunju 1831) kienet matematika, fiżika u filosfa Franċiża. Minkejja l-oppożizzjoni inizjali mill-ġenituri tagħha u d-diffikultajiet li kellha tiffaċċja mis-soċjetà, hija kisbet l-edukazzjoni tagħha mill-kotba fil-librerija ta' missierha, inkluż dawk ta' Leonhard Euler, u mill-korrispondenza ma' matematiċi famużi bħal Lagrange, Legendre, u Gauss (bil-psewdonimu ta' "Monsieur LeBlanc"). Hija kienet waħda mill-pijuniera tat-teorija tal-elastiċità u rebħet il-gran premju mill-Akkademja tax-Xjenzi ta' Pariġi għas-saġġ tagħha dwar is-suġġett. Il-ħidma tagħha fuq l-Aħħar Teorema ta' Fermat serviet ta' pedament għall-matematiċi li esploraw is-suġġett għal mijiet ta' snin warajha.[1] Minħabba l-preġudizzju kontriha minħabba li kienet mara, ma setgħetx tagħmel karriera mill-matematika, iżda ħadmet b'mod indipendenti tul ħajjitha kollha.[2] Qabel mewtha, Gauss irrakkomanda li tiġi ppremjata b'lawrija onorarja, iżda dan qatt ma seħħ.[3] Fis-27 ta' Ġunju 1831 mietet bil-kanċer tas-sider. Għaċ-ċentenarju ta' ħajjitha, triq u skola tal-bniet issemmew għaliha. L-Akkademja tax-Xjenzi stabbiliet il-Premju Sophie Germain biex tingħata ġieħ.


Moviment Brownjan

Il-moviment Brownjan hu deskrizzjoni matematika ta' moviment każwali ta' partiċella "tqila" mgħaddsa fi fluwidu u li m'għandhiex fuqha interazzjonijiet oħra ħlief il-ħbit fuqha tal-molekuli "ħfief" tal-fluwidu ta' madwarha. Minn dan jirriżulta li l-partiċella t-tqila timxi b'moviment irregolari ħafna, li ġie deskritt għall-ewwel darba fl-1827 mill-botanista Robert Brown waqt li kien qiegħed josserva ċ-ċaqlieq ta' partiċelli fil-fluwidu fil-ġewwieni ta' trab tal-pollin.

Id-deskrizzjoni fiżika l-iżjed elementari ta' dan il-fenomenu hi din:

  • bejn żewġ ħabtiet, il-partiċella l-kbira timxi f'linja dritta b'veloċità kostanti;
  • il-partiċella l-kbira taċċelera meta taħbat ma' molekula tal-fluwidu jew xi ħajt.

Permezz ta' dan il-moviment nistgħu niddeskrivu l-imġieba termodinamika tal-gasijiet (teorija ċinetika tal-gasijiet), kif ukoll il-fenomenu tad-diffużjoni. Huwa użat ħafna wkoll fil-mudelli tal-matematika finanzjarja.

editja  

Suġġetti fil-Matematika

Matematika loġika

Loġika matematika Teorija tal-mudelli Teorija tal-prova Teorija tar-rikurżjoni Teorija tas-settijiet Lingwaġġ formali

Alġebra

Alġebra Alġebra elementari Alġebra astratta Alġebra linjari Alġebra universali Teorija tan-numri Kombinatorja Teorija tal-grafi Teorija tal-ordni

Analisi

Analisi matematika Funzjonijiet Kalkulu infiniteżmali Id-Derivata L-Integral Ekwazzjonijiet differenzjali Kalkulu tal-varjazzjonijiet Analisi armonika Analisi komplessa

Ġeometrija

Ewklideja Non-Ewklideja Newtrali Pjana Solida Deskrittiva Projettiva Affini Iperbolika Alġebrija Frattali Analitika Differenzjali Topoloġija

Statistika u probabbiltà

Statistika Probabbiltà Ġeostatistika Statistika non-parametrika Statistika multivarjata Liġi tan-numri kbar

Matematika fiżika

Mekkanika klassika Mekkanika kwantistika Mekkanika statistika Kalkulu tensorjali Relatività Sistemi dinamiċi

Matematika applikata

Matematika finanzjarja Riċerka operattiva Ekonometrija Teorija tal-logħob Analisi numerika

Storja u tagħlim

Kronoloġija Testi Filosofija Storja tan-numri Għaqdiet Nomenklatura tat-termini matematiċi bil-Malti

editja  

Aktar fuq il-Wikimedia

  1. ^ Del Centina, Andrea (2008). "Unpublished manuscripts of Sophie Germain and a revaluation of her work on Fermat's Last Theorem". Archive for History of Exact Sciences. 62 (4), p. 373.
  2. ^ Case, Bettye Anne; Leggett, Anne M. (2005). Complexities: Women in Mathematics. Princeton University Press. ISBN 0-691-11462-5. p. 39.
  3. ^ Mackinnon, Nick (1990). "Sophie Germain, or, Was Gauss a feminist?". The Mathematical Gazette 74 (470), p. 347.