Proboscidea
Proboscidea | |
---|---|
Iljunfant Afrikan tas-savana, Loxodonta africana | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Afrotheria |
Ordni: | Proboscidea Illiger, 1811 |
Proboscidea hija ordni ta' mammiferi planċentati, eżattament l-iljunfanti, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Afrotheria, u fil-Klad Paenungulata.
Din l-ordni tikkonsisti minn 8 familji, Numidotheriidae (estinta), Moeritheriidae (estinta), Barytheriidae (estinta), Deinotheriidae (estinta), Mammutidae (estinta), Gomphotheriidae (estinta), Stegodontidae (estinta), u Elephantidae. Minn bosta ġeneri li għandha l-ordni Proboscidea, illum fadal tnejn biss rappreżentati bi speċi ħajjin u dawn huma il-ġeneru Elephas (bi speċi waħda) u l-ġeneru Loxodonta (b'żewġ speċi).
Din l-ordni flimkien ma' żewġ ordnijiet oħra, il-Hyracoidea u s-Sirenia, jiffurmaw il-Klad Paenungulata u dan tal-aħħar flimkien mal-Klad Afroinsectiphilia jiffurmaw is-superordni Afrotheria.
Lista tal-ispeċi tal-ordni Proboscidea
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Proboscidea
- Familja Numidotheriidae (estinta)
- Familja Moeritheriidae (estinta)
- Familja Barytheriidae (estinta)
- Familja Deinotheriidae (estinta)
- Familja Mammutidae (estinta)
- Familja Gomphotheriidae (estinta)
- Familja Stegodontidae (estinta)
- Familja Elephantidae (mammuti u iljunfanti)
- Ġeneru Elephas
- Iljunfant Ażjatiku, Elephas maximus
- Iljunfant mediterranju nanu, Elephas falconeri (estint)
- Ġeneru Loxodonta
- Iljunfant Afrikan tas-savana, Loxodonta africana
- Iljunfant Afrikan tal-foresta, Loxodonta cyclotis
- Ġeneru Mammuthus
- Mammut, Mammuthus primigenius (estint)
- Mammut Amerikan, Mammuthus columbi (estint)
- Ġeneru Elephas
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4