Ħaż-Żabbar
Ħaż-Żabbar | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Port Region (Port) (en) | ||
Isem uffiċjali | Ħaż-Żabbar | ||
Kodiċi postali |
ŻBR | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 35°52′38″N 14°32′17″E / 35.8772°N 14.5381°EKoordinati: 35°52′38″N 14°32′17″E / 35.8772°N 14.5381°E | ||
Superfiċjenti | 5.3 kilometru kwadru | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 15,404 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
bliet ġemellati | Villabate (en) u Eschborn (en) | ||
localgovernmentdivisioncms.gov.mt… |
Ħaż-Żabbar jinsab fil-lvant ta' Malta. Għall-bidu kien jagħmel maż-Żejtun sakemm inqata' għalih fl-1615 meta kellu popolazzjoni ta' 650 ruħ joqgħodu f'150 dar. Fl-2006 il-popolazzjoni ta' Ħaż-Żabbar kienet ta' 15,030. Ingħata t-titlu ta' belt "Gratiosa Città Hompesch" mill-Gran Mastru Hompesch għal kunjomu fl-14 ta' Settembru 1797.
Oriġini tal-Isem
[immodifika | immodifika s-sors]Hemm iżjed minn verżjoni waħda minn fejn ġej l-isem. Xi studjużi jsostnu li l-isem tal-belt ġej mill-kelma Maltija 'żabar'. Jingħad li bosta persuni jgħixu f'dawn l-inħawi kienu jipprattikaw is-sengħa taż-żbir. Jista' jkun ġej mill-kunjom Zabbar li llum spiċċa. Fil-fatt jissemma l-persunaġġ Orlando Zabbar li kien jgħix fl-assedju l-kbir u kien jgħin fid-difiża tal-fortifikazzjonijiet. Hemm ukoll siġra li jisimha Zabbara, l-agave[1], u jingħad ukoll li Ħaż-Żabbar hija korruzzjoni ta' Ħas-Sabbar, l-isem - raħal b'referenza lejn il-Madonna tal-Grazzja bħala s-sabbara ta' kull min kien jiġi jitlob fis-Santwarju tagħha.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Ħaż-Żabbar huwa wieħed mill-eqdem irkejjen li fihom kienu jgħixu n-nies f'Malta. Xhieda ta' dan huwa l-għadd ta' fuħħar pre-istoriku li nstab u anke post li aktarx kien jintuża bħala post fejn wieħed joqgħod. Dan hu iċ-Ċirku fin-naħa tal-Bidni. E.B. Vella jikteb li fl-1932 instabu xi oqbra pre-istoriċi. Fdalijiet t' oqbra Feniċi ukoll instabu f' Ħaż-Żabbar. Matul is-snin Ħaż-Żabbar kompla jikber biex fis-seklu sbatax inqata' miż-Żejtun u sar parroċċa. Iktar tard, lejn tmiem is-seklu 19, Ħaż-Żabbar ġie mogħni bit-titlu ta' belt mill-Gran Mastru Hompesch. Ħaż-Żabbar ingħata t-titlu ta' Città Hompesch.
Il-Ħakma Franċiża u l-Battalja ta' Ħaż-Żabbar fil-5 t'Ottubru 1798
Fit-12 ta' Ġunju 1798 Malta għaddiet taħt il-ħakma Franċiża. Dawn il-ħakkiema ġodda għalkemm kienu ħelsu lil Maltin minn ħakma tal-Ordni li kienet xebgħithom, ir-riformi li bdew jgħamlu f'daqqa malajr ġgħalithom jqumu kontra l-ħakkiema l-ġodda. Fit- 2 ta' Settembru 1798 is-suldati Franċiżi telgħu l-Imdina biex jbiegħu bi rkant l-affarijiet tal-knejjes tal-Madonna tal-Karmnu fl-Imdina u tal-Franġiskani fir-Rabat. Il-Maltin kif raw hekk qamu kontra l-amministrazzjoni u okkupaw l-Imdina ix-xniegħa ta' rvell kontra l-ħakkiema ġriet ma Malta kollha. Il-Franċiżi kif raw hekk okkupaw il-Kottonera, l-Furjana u l-Belt Valletta. Iż-Żabbarin flimkien ma' nies minn Bormla qajmu rvell f' Bormla u biex jreġġugħhom lura ġabu rinforzi minn fuq il-bastiment Dego li kien fil-port. Iż-Żabbarin qabel irtiraw għal barra s-swar tal-Kottonera ħadu xi 80 kartell porvli u xi barrin li kienu qegħed jirgħu taħt is-swar. Dawn tqassmu bejn il-battaljuni tal-irħula. Min hemm iż-Żabbarin ippreparaw ruħhom għall-battalja. Saret ġabra ta' armi, u il-koppla u l-kampnari tas-Santwarju inbidlu f'postijiet tal-għassa. Il-koppla l-antika serviet tajjeb għal dan l-għan għax kienet mgħamula doppja b'taraġ bejn iż-żewġ ħitan iwassal sal-lanterna. Ġie ukoll deċiż kodiċi ta' bnadar u sinjali bil-fanali għal komunikazzjoni ma' rħula fil-qrib. Dawn ingumbraw it-toroq prinċipali li jgħatu għal Ħaż-Żabbar, u organizzaw ruħhom bl-armi. Huma attakaw il-forti San Tumas taħt idejhom u għalhekk fetħu l-port ta' Wied il-Għajn għat-tbaħħir. Id-dar tas-sajf tal-isqof Labini fi Triq San Ġużepp inbidlet fi sptar ta' emerġenza.
Il-Franċiżi beda jonqoshom ħafna materjal għall-gwerra, u kienu jgħamlu xi inkursjonijiet żgħar barra s-swar, fejn kienu jaħbtu għal xi djar u rziezet abbandunati viċin is-swar biex jisirqu li jsibu speċjalment injam li kien jintuża għat-tisjir u biex jinħall iċ-comb għall-azzarini. Dawn l-inkursjonijiet kienu jkunu akkumpanjati minn bumbardamenti qawwjija mill-kanuni ta' fuq is-swar. Xhieda ta dawn huma balal Franċiżi li nsibu fil-Mużew tas-Santwarju li ġew imneħħija mill-koppla l-antika, u anke balla żgħira li għadha mwaħħla sal-lum f'faċċata ta' dar numru 6 fi Triq Bajada.
Il-Ġeneral Vobouis ma riedx jgħamel attakki sorpriżi fuq irħula, biss wara pressjoni li saritlu ċeda u ppjana attakk fuq Ħaż-Żabbar għal-5 t' Ottubru 1798. Il-pjan kien li jokkupaw ir-raħal, u jaħtfu taħt idejhom l-armi, l-munizzjon u l-ikel kollu li jsibu. Waqt dan l-attakk biex jiddevja l-għajnuna liż-Żabbarin, ippjana attakki żgħar fuq il-battaljuni Tas-Samra u tal-Għargħar. Iż-Żabbarin lejliet l-attakk giehom suspett minn ħafna ċaqliq ta' truppi li raw fuq is-swar u bgħatu sinjali bid-dwal lil irħula fil-qrib. Fil-5 t' Ottubru 1798, il-Franċiżi ħarġu waqt bumbardament mis-swar tal-Kottonera. Iż-Żabbarin kienu fasslu pjan li kulħadd jisakkar bil-familji ġod-djar waqt li ppreparaw ħafna ġebel fuq il-bjut u armi għall-lest. Is-suldati Franċiżi issorprendew ruħhom ħafna meta daħlu fir-raħal u sabuh vojt għal kollox. Baqgħu mexjin lejn il fetħa ta quddiem il-knisja li tgħaqqad Triq il-Kbira ma Triq is-Santwarju. Hemmek bdew biex jwettqu l-pjan tagħahom imma sabu r-raħħala lesti għalihom minn fuq minn ġod-djar bl-azzarini u anke b' xi kanuni quddiem is-Santwarju kontrihom. Waqt il-ġlied mara rat li żewġha kellu problema bl-azzarin. Hi daħlet fil-ġlieda u waqt li ħaditlu l-arma bil-ħsara tagħtu azzarin ikkargat lest. Wara iżjed minn 3 sigħat ġlied il-Franċiżi rtiraw wara l-linji tal-Kottonera b' 43 suldat mejjet u 382 feruti. Iż-Żabbarin mir-reġistri tal-mejtin fil-knisja jirriżulta li tilfu 6 u kellhom 32 feruti li jista' jgħati l-każ li xi whud minnhom mietu wara fir-raħal tagħhom u b' hekk mhux irreġistrati Ħaż-Żabbar. Jumejn wara Vobouis bagħat xi qassisin mill-Birgu ma xi priġunieri jiġbru s-suldati mejtin biss il-priġunieri sabu ruħhom ħielsa u ħarbu, għalhekk bagħat xi suldati minn tiegħu biex iwettqu dan ix-xogħol.
Wara din il-battalja l-Franċiżi naqsilhom ħafna l-moral, u Vobouis iddeċieda li ma jerġax jattakka raħal ieħor biex jokkupah. Ra r-riskju kbir li jitlef iżjed suldati ta' ħila mill-armata tiegħu.[2]
Għaqdiet Soċjali f'Ħaż-Żabbar
[immodifika | immodifika s-sors]Società Filarmonica Maria Mater Gratiae A.D. 1883
Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883
Postijiet Prinċipali.
[immodifika | immodifika s-sors]- Misraħ il-Madonna Medjatriċi:
Misraħ il-Madonna Medjatriċi, magħruf ukoll bħala Pjazza Medjatriċi hija waħda mill-pjazez ewlenin ta' Ħaż-Żabbar. Din tinsab biswit is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja. F'din il-pjazza jinstab bosta bini importanti fil-lokalità ta' Ħaż-Żabbar. Ħdejn is-Santwarju nsibu l-Mużew tas-Santwarju li fih bosta esebiti b'rabta mal-qima tal-Maltin lejn il-Madonna tal-Grazzja. Ftit 'il bogħod mid-daħla għal dan il-mużew hemm il-bust ta' Mons. Ġużeppi Żarb li għal bosta snin kien il-kappillan ta' Ħaż-Żabbar. Lil hinn mill-mużew insibu s-Sala Parrokkjali li tintuża biex jittellgħu diversi rappreżentazzjonijiet. Fl-istess pjazza tinsab ukoll id-Dar Sagra Familja, dar immexxija mis-Sorijiet ta' San Ġużepp tal-Apparizzjoni, fejn fiha jingħataw kemm tfal u żgħażagħ. Bieb ma' bieb mad-Dar Sagra Familja hemm il-Veritas Press, l-istamperija tal-M.U.S.E.U.M. Fiċ-ċentru ta' Pjazza Medjatriċi hemm monument li jfakkar fiż-Żabbarin li tilfu ħajjithom fit-Tieni Gwerra Dinjia. Monument ieħor li jinsab f'din il-pjazza huwa l-Bust tal- Gran Mastru Hompesch.
- Misraħ is-Sliem:
F'Misraħ is-Sliem insibu l-każin tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel u wkoll irħama storika li turi l-isem bl-ingliż ta kif kienet mgħarufa l-pjazza qabel bħala Prince of Wales miktub bl-Ingliż u bil-Malti.
- Misraħ San Ġakbu:
Hawnhekk insibu l-vara tal-Kunċizzjoni li kienet fil-kantuniera wara l-vara tal-Madonna tal-Grazzji fi Triq is-Santwarju. Din il-vara iċċaqilqet għal Misraħ San Ġakbu f' Awwissu tal-1833
- Triq Hompesch
- Triq il-Kbira
- Triq il-Kunsill tal-Ewropa
- Triql-Kunvent
- Triq il-Lunzjata
- Triq il-Mina ta' Hompesch
- Triq is-Santwarju
- Triq ix-Xagħjra
- Triq P. Muscat Inglott
- Triq San Leonardu
- Triq Sant' Antnin
- Triq Santa Duminka
- Triq tal-Labour
- Triq Villabate
- Triq Wied il-Għajn
Knejjes f'Ħaż-Żabbar
[immodifika | immodifika s-sors]- Santwarju Madonna tal-Grazzja
- Kappella ta’ Santa Marija tal-Indirizz
- Ċentru Marija Bambina
- Kapella tal-Madonna tal-Ħniena (fiċ-ċimiterju)
- Knisja tal-Lunzjata
- Kappella ta’ Santa Duminka u l-kappella ta' San Andrija
- Kappella tal-Kelma, tal-Plier
- Knisja tal-Madonna tal-Ward (Sorijiet Ursolini)
- Knisja ta’ San Anard (tad-dar tal-barrunissa)
- Knisja tas-Salib Imqaddes
- Knisja ta’ San Ġużepp (ta l-istitut ta' San Ġużepp)
- Ċentru Pastorali Nazaret
- Kappella Madonna tad-Dawl, tinsab fil-konfini tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar iżda taqa' fil-parroċċa ta Wied il-Għajn
- Kappella ta' San Nikola (San Niklaw) tinsab fil-konfini tal-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn iżda taqa' fil-limiti tal-parroċċa ta' Ħaż-Żabbar
Niċeċ u Statwi fit-toroq ta' Ħaż-Żabbar
[immodifika | immodifika s-sors]- Ecce Homo: Triq San Piju V
- Ġesù Kurċifiss: Triq San Ġużepp, Triq Marsascala
- Ġesù Redentur: Triq ir-Redentur
- Ġesù Salvatur: Triq is-Santwarju
- Qalb ta' Ġesù: Triq il-Kunvent, Triq il-Qalb ta' Ġesù
- Madonna bil-Bambin: Triq il-Baruni kantuniera ma triq il-Ġdida, Triq il-Ġdida, Sqaq San Vinċenz, Sqaq il-Madonna, Triq il-Kunċizzjoni
- Madonna tal-Armata: Triq Bajada
- Madonna tal-Grazzji: Triq Spadaro, tnejn fi Triq Santa Marija, Sqaq il-Wied, Triq il-Biċċieni, Triq Santa Duminka, Triq il-Kunċizzjoni, Triq il-Kbira, Misraħ San Ġakbu kantuniera ma' Triq ix-Xgħajra, Bieb Notre Dame, Triq Felice, Triq is-Santwarju kantuniera ma' Triq il-Kbira: Din saret b'wegħda minn Vitor Caruana fl-1801 b'radd il-ħajr li ħeles mill-perikli waqt l-imblokk tal-Franċiżi (1798 - 1800). L-iskultura tal-vara hi ta' Mariano Gerada. Fis-snin 90 sar restawr meħtieġ fuq din l-istatwa u reġgħet saret il-kitba li kien hemm fuq plakka li qiegħed iżomm l-anġlu taħt il-Madonna. Din il-kitba saret wara tfittix fuq ritratti antiki minn Carmel G. Bonavia. [4], [5]
- Madonna ta' Lourdes: Niċċa mgħamula tixbah l-għar ta' Lourdes fil-gallarija ta' dar privata fi Triq ix-Xgħajra
- Marija Addolorata (Id-Duluri): Triq il-Bajada, Triq il-Biċċieni
- Marija Assunta(Lunzjata): Triq il-Biċċieni
- Marija Immakulata: Bieb Hompesch, Misraħ San Ġakbu: Din kienet fil-kantuniera ta' Triq is-Santwarju ma' Triq il-Kbira. Meta l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja tressqet 'il ġewwa ġie deċiż li l-istatwa tal-kunċizzjoni tittieħed f'Misraħ San Gakbu. Sarilha pedestall ġdid u ingħataw xi indulġenzi. Ġiet immexxiha f'Awwissu tal-1833. Il-pedestall ta' fejn kienet qabel għadu jidher fil-kantuniera fejn kienet l-istatwa qabel.[6]
,[7]
- San Ġużepp: Triq Bajada, Triq is-Santwarju, Triq tal-Grazzja, Triq il-Biċċieni, tnejn fi Triq ix-Xgħajra, Misraħ San Ġakbu
- Sant'Antnin: Misraħ is-Sliem kantuniera ma Triq il-Kbira
- Papa Alessandro VII: Misraħ il-Madonna Medjatriċi, ħdejn il-mużew tas-Santwarju
- San Fran[isk t'Assisi: Triq Marsascala, Triq il-Kbira kantuniera ma Triq San Duminku
- San Nikola ta'Bari: F'tarf Triq is-Santwarju (Din l-istatwa kienet insterqet u llum minflokha hemm inkwadru ta' San Nikola)
- San Pawl: Fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzji, Sqaq San Pawl
- San Pietru: Fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzji
- Santa Rita ta Cascia: niċċa f'dar fi Triq is-Santwarju
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Quattrocchi, Umberto (2016-04-19). CRC World Dictionary of Medicinal and Poisonous Plants: Common Names, Scientific Names, Eponyms, Synonyms, and Etymology (5 Volume Set) (bl-Ingliż). CRC Press. p. 117.
- ^ Żabbar - A Living History, Editjat minn Dr. Miriam A. Sciberras, l-ewwel edizzjoni:2000, Publikatur: Union Press, ISBN 1871767156 (qoxra ratba) 1871767164 (qoxra iebsa) referenzi mehudin minn riċerka ta' Carmel G.Bonavia, pagni 49 sa' 72
- ^ Terribile Tony, Niċeċ u Statwi fit-Toroq Maltin, Numru ta' ISBN:99909-41-78-5, publikazzjoni tal-Pubblikazzjonijiet Indipendenza fis-sena 2000 referenzi mehudin minn pagni 47 sa' 52
- ^ Terribile Tony, Niċeċ u Statwi fit-Toroq Maltin, Numru ta' ISBN:99909-41-78-5, publikazzjoni tal-Pubblikazzjonijiet Indipendenza fis-sena 2000 referenzi mehudin minn pagni 47 sa' 52
- ^ Żabbar - A Living History, Editjat minn Dr. Miriam A. Sciberras, l-ewwel edizzjoni:2000, Publikatur: Union Press, ISBN 1871767156 (qoxra ratba) 1871767164 (qoxra iebsa) referenzi mehudin minn riċerka ta' Carmel G.Bonavia, pagni 49 sa' 72
- ^ Terribile Tony, Niċeċ u Statwi fit-Toroq Maltin, Numru ta' ISBN:99909-41-78-5, publikazzjoni tal-Pubblikazzjonijiet Indipendenza fis-sena 2000 referenzi mehudin minn pagni 47 sa' 52
- ^ Żabbar - A Living History, Editjat minn Dr. Miriam A. Sciberras, l-ewwel edizzjoni:2000, Publikatur: Union Press, ISBN 1871767156 (qoxra ratba) 1871767164 (qoxra iebsa) referenzi mehudin minn riċerka ta' Carmel G.Bonavia, pagni 49 sa' 72
Iżjed qari:
[immodifika | immodifika s-sors]i) Bliet u Rhula Maltin, Alfie Guillaumier, it-tieni edizzjoni 1972, Publikatur: Lux Press
ii) Żabbar - A Living History, Editjat minn Dr. Miriam A. Sciberras, l-ewwel edizzjoni:2000, Publikatur: Union Press, ISBN 1871767156 (qoxra ratba) 1871767164 (qoxra iebsa)
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-knejjes ta' Ħaż-Żabbar
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ħaż-Żabbar