Aqbeż għall-kontentut

FK Qarabağ

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn Acmilanmalta1 (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 10:21, 27 Frar 2013. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
(diff) ←Reviżjoni eqdem | Ara l-verżjoni attwali (diff) | Reviżjoni iġded→ (diff)
FK Qarabağ
Isem sħiħ Neftçi Peşəkar Futbol Klubu
Ismijiet oħra Atlılar (Bojod u Suwed)
Xalq Komandası (Ħaddiema)
Fundazzjoni 1951
Grawnd Stadju Guzanli Olympic Complex
Proprjetarju Azersun Holding MMC (en) Translate
President Turkija Tahir Gözal
Kowċ Ażerbajġan Gurban Gurbanov
Kampjonat Premier League
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

FK Qarabağ Ağdam (Qarabağ Ağdam), magħruf ukoll bħala FK Karabakh Aghdam, huwa klabb tal-futbol Ażerbajġan li huwa bbażat ġewwa Agdam, li attwalment jilgħabu fil-Premier League Ażerbajġan u rebbieħa ta' tlett titli tat-Tazza Ażerbajġan.

Qarabağ kienu l-ewwel klabb li mhux ibbażat f'Baku li rebħu t-titlu tal-Premier League Ażerbajġan. FK Qarabağ huwa wieħed mill-aktar timijiet ta' suċċess tal-futbol Ażerbajġan fil-kompetizzjoni Ewropea (bi 3 rebħiet kontinwi) kif ukoll laħqu r-rawnd tal-play-off darbtejn fl-2009 u 2010.[1][2]

Il-klabb huwa wieħed minn tliet timijiet fl-Ażerbajġan, flimkien ma Neftchi Baku u Turan Tovuz li ħadu sehem fil-kampjonat tal-Premier League Ażerbajġan s'issa.

Storja

Formazzjoni (1951–1966)

Il-Klabb kien fondat fl-1951 bħala Qarabağ wara t-tlestija ta' bini tal-belt Agdam, hemm beda l-isforzi serji lejn ħolqien ta' tim tal-futbol professjonali. Bħala riżultat ta' dan kienu maħluqin FK Qarabağ, inizjalment aġixxew taħt l-isem Mekhsul li ħadu sehem fil-kampjonat tal-Ażerbajġan fl-1966 għall-ewwel darba.[3]

Żieda stabbli (1968–1988)

F'dik is-sena l-klabb kiseb ir-4 post fil-kampjonat lokali. FK Qarabağ kontinwament ipparteċipaw fil-kampjonat lokali għal erba 'snin konsekuttivi. Fi ħdan dawn is-snin – it-2 post kien l-aħjar riżultat miksub fl-1968. Madankollu, wara l-1968 minħabba traskuraġni u nuqqas ta' appoġġ finanzjarju lit-tim ma pparteċipax fil-kampjonati għal perjodu twil. Fl-1977, it-tim ingħata twelid mill-ġdid skond l-isem Shafaq. Fl-1982 Shafaq kienu rappreżentattivi uniċi ta' Aghdam fil-futbol. Bejn il-perjodi tal-iskwadra 1982-1987 aġixxew taħt l-isem Cooperative society. Fl-1988, FK Qarabağ rebħu t-titolu taċ-ċampjins fil-kampjonat lokali taħt l-isem attwali tiegħu.

Effetti ta' gwerra u ġlidiet finanzjarji (1991–2001)

Fl-1993, matul il-Gwerra Nagorno-Karabakh, il-belt ta' Agdam daħlet taħt kontroll Armen, u t-tim kien sfurzata biex iċċaqlaq l-Istadju Imarat għall-Baku, filwaqt li l-kowċ tal-klabb Allahverdi Bagirov miet fil-gwerra.[4][5] Problemi finanzjarji dehru fil-klabb u l-klabb kien qiegħed jgħix fl-agħar mumenti tiegħu bejn il-perjodu 1998-2001. Madankollu, ħadt ma waqaf il-klabb li sar l-ewwel tim Ażerbajġan li kiseb ir-rebħa barra minn daru fil-kompetizzjonijiet Ewropej billi għelbu lil Iżraeljani Maccabi Haifa FC 2–1 fil-UEFA Intertoto Cup tal-1999, grazzi għal strajk doppju mill-leġġenda tal-klabb Mushfig Huseynov. FK Qarabağ ukoll irrappreżentaw l-Ażerbajġan fil-kompetizzjonijiet bħal UEFA Cup Winners' Cup u l-UEFA cup.

Fis-snin reċenti u l-era ta' Gurban Gurbanov (2001–preżent)

Gurban Gurbanov huwa wieħed mill-kowċis Ażerbajġani li għamel suċċess fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Dawn il-problemi kollha kienu solvuti 2001, wara waħda mill-akbar kumpaniji azjenda tal-Ażerbajġan, L-azhebda ta' Azersun bdiet biex tisponsorja l-klabb. Il-klabb ġie taħt l-isem Qarabag-Azersun għal żewġ staġuni, madankollu l-isem oriġinali tagħhom ġie lura fl-2004.[6]

Fl-2008, l-eks stilla tal-futbol Ażerbajġan Gurban Gurbanov inħatar bħala kowċ wara t-tluq mhux mistennija ta' Rasim Kara ma Khazar Lankaran ġimgħa qabel tal-bidu tal-istaġun 2008–09. Immexxija minn Gurban Gurbanov, Qarabağ marru kontra l-istrateġija komuni tal-futbol Ażerbajġan, li evita plejers barranin favur trawwim talentali lokali.[7]

Taħt Gurbanov, Qarabağ saru l-aktar tim tal-futbol Ażerbajġan suċċessiv fl-Ewropa (bi 3 rebħiet kontinwi) li waħda minnhom kienet li rebħu l-play-off billi għelbu lil Rosenborg BK, grazzi għal gowl minn Rashad Sadygov fil-UEFA Europa League, ukoll eliminaw lil FC Honka tal-Finlandja.[8][9] Il-kisbiet fil-kompetizzjonijiet Ewropej għamlu wkoll lil Gurban Gurbanov l-aktar kowċ mill-Ażerbajġan li għamel suċċess fl-istorja tal-futbol tal-pajjiż.[10] Fl-2010, il-klabb għamel rekord Ażerbajġan għall-akbar rebħa fil-kompetizzjoni Ewropea matul dak iż-żmien billi rebħu lil FK Metalurg Skopje 4–1 f'Baku kif ukoll eliminaw lil Wisła Kraków biex jilħqu l-play-offs għat-tieni sena konsekuttiva.[11][12][13] Fl-2011, il-klabb ġedded l-istess reġistru billi rebaħ lil Banga Gargždai 4–0 f'Gargždai.[14]

Fl-istaġun 2011-12 intem fl-istil diżappuntanti għal Qarabağ kif huma spiċċaw fir-raba' post, li ma daħlu fl-ebda kompetizzjoni Ewropea.[15]

Stadju

L-istadju kurrent ta' FK Qarabağ huwa l-Istadju Guzanli Olympic Complex, li tinsab ġewwa Quzanlı, l-aktar muniċipalità popolata f'Agdam ġewwa Nagorno-Karabakh. L-Istadju Imarat li kien l-istadju oriġinali tal-klabb li kien meqrud mill-bambardamenti mill-forzi militari Armeni matul il-Gwerra Nagorno-Karabakh.[16][17][18]

F'April 2009, il-klabb ħabbar li l-logħob tagħhom se jibdew jintlagħbu fl-Istadju Guzanli Olympic Complex, wara l-Federazzjoni tal-Kampjonat Professjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan li tippermettilhom li jilagħbu f'Agdam.[19] Il-klabb kien jilgħab il-logħbiet tiegħu fl-Istadju Ismayilov Tofig mill-1993.[20]

Kuluri u Emblema

Iż-Żiemel Karabakh huwa l-annimal nazzjonali tal-Ażerbajġan u s-simbolu uffiċjali ta' Agdam.

L-arma fl-emblema tal-klabb huwa s-simbolu ta' Karabakh. Huwa prodott minn disinjaturi Ingliżi u bbażat fuq iż-Żiemel Karabakh.[21] Iż-żiemel jirriżulta l-laqam tal-klabb The Horsemen; huwa kien inkluż fil-programmi tal-klabb u xalpi fil-perjodu bikri, għalkemm l-arma ma kinitx inkluża fuq is-sider tal-flokk sal-2004.[22]

Il-kuluri tradizzjonali tal-klabb jalludu għall-post tal-klabb f'Nagorno-Karabakh, li jfisser "Ġnien Iswed" bl-iswed u abjad li jirrappreżentaw id-dawl u dlam rispettivament.

Unuri

Rebbieħa (1): 1993
Rebbieħa (2): 1988, 1990
Rebbieħa (3): 1993, 2005–06, 2008–09
Rebbieħa (1): 1990

Storja tal-Kampjonat u t-Tazza

Staġun Div. Poż. L R P T GF GK P Tazza Domestika
1992 1 4 36 24 7 5 76 26 55 Finali 1/8
1993 1 1 18 9 7 2 23 11 25 Rebbieħa
1993–94 1 2 30 21 7 2 52 12 49 Semi-Finali
1994–95 1 4 24 13 6 5 42 31 32 Finali 1/8
1995–96 1 5 20 4 9 7 25 26 21 Runners-Up
1996–97 1 2 30 23 2 5 61 25 71 Semi-Finali
1997–98 1 4 26 14 7 5 43 22 49 Runners-Up
1998–99 1 4 36 20 6 10 50 29 66 1 Rawnd
1999-00 1 8 22 5 10 7 21 25 25 Runners-Up
2000–01 1 9 20 5 4 11 19 34 19 Finali 1/8
2001–02 1 3 32 16 3 13 50 44 51 Finali 1/4
2003–04 1 3 26 19 3 4 63 17 60 Semi-Finali
2004–05 1 6 34 22 5 7 61 31 71 Finali 1/8
2005–06 1 5 26 12 4 10 32 32 40 Rebbieħa
2006–07 1 8 24 6 9 9 20 27 27 Finali 1/8
2007–08 1 5 26 11 8 7 25 16 41 Kwarti tal-Finali
2008–09 1 5 26 14 7 5 35 22 49 Rebbieħa
2009–10 1 3 42 17 18 7 37 30 69 Kwarti tal-Finali
2010–11 1 3 32 17 7 8 41 22 58 Finali 1/8
2011–12 1 4 32 15 8 9 37 28 53 Semi-Finali

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: FK Qarabağ fil-futbol Ewropew.

Sors: uefa.com

Kompetizzjoni Logħob R P T GF GK
UEFA Cup 6 0 1 5 2 15
UEFA Cup Winners' Cup 4 0 1 3 1 12
UEFA Intertoto Cup 4 1 0 3 2 11
UEFA Europa League 20 10 6 4 27 20
Total 34 11 8 15 32 58
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb Riżultat(Home, Away)
1996–97 UEFA Cup Winners' Cup 1K Mudell:Dati pajjiż Finland MYPA 1–2 (0–1, 1–1 (ħs)
1997–98 UEFA Cup 1K Mudell:Dati pajjiż Czech Republic Jablonec 97 0–8 (0–3, 0–5)
1998–99 UEFA Cup Winners' Cup 1K Mudell:Dati pajjiż Denmark Copenhagen 0–10 (0–4, 0–6)
1999 UEFA Intertoto Cup 1R Mudell:Dati pajjiż Israel Maccabi Haifa 2–2 (0–1 (a), 2–1)
2R Mudell:Dati pajjiż France Montpellier 0–9 (0���3, 0–6)
2004–05 UEFA Cup 1K Mudell:Dati pajjiż Slovakia Dukla 0–4 (0–1, 0–3)
2006–07 UEFA Cup 1K Moldova Zimbru Chişinău 2–3 (1–2 (ħs), 1–1)
2009–10 UEFA Europa League 2K Mudell:Dati pajjiż Norway Rosenborg 1–0 (1–0, 0–0)
3K Mudell:Dati pajjiż Finland Honka 3–1 (2–1, 1–0)
4K Netherlands Twente 1–3 (0–0, 1–3)
2010–11 UEFA Europa League 1K Maċedonja ta' Fuq FK Metalurg 5–2 (4–1, 1–1)
2K Mudell:Dati pajjiż Northern Ireland Portadown 3–2 (1–1, 2–1)
3K Mudell:Dati pajjiż Poland Wisła Kraków 4–2 (3–2, 1–0)
4K Mudell:Dati pajjiż Germany Borussia Dortmund 0–5 (0–1, 0–4)
2011–12 UEFA Europa League 1K Mudell:Dati pajjiż Lithuania Banga Gargždai 7–0 (3–0, 4–0)
2K Mudell:Dati pajjiż Faroe Islands EB/Streymur 1–1 (0–0 (a), 1–1)
3K Mudell:Dati pajjiż Belgium Club Brugge 2–4 (1–0, 1–4)

Skawdra

Mill-25 ta' Frar 2013

N. Poż. Plejer
1 Ażerbajġan G Farhad Veliyev
2 Ażerbajġan D Gara Garayev
3 Ażerbajġan D Kamil Huseynov
4 Ażerbajġan D Zaur Hashimov
5 Ażerbajġan D Maksim Medvedev
6 Ażerbajġan D Haji Ahmadov
7 Ażerbajġan M Namiq Yusifov
9 Ażerbajġan A Tural Isgandarov
10 Maċedonja ta' Fuq M Muarem Muarem
11 Ażerbajġan A Branimir Subašić
12 Ażerbajġan G Osman Umarov
14 Ażerbajġan D Rashad Sadygov (Kaptan)
16 Ażerbajġan A Elnur Abdulov
17 Ażerbajġan A Vüqar Nadirov
N. Poż. Plejer
18 Ażerbajġan M Ilgar Gurbanov
20 Brażil M Richard Almeida
21 Brażil M Reynaldo
22 Ażerbajġan M Afran Ismayilov
24 Albanija D Admir Teli
25 Albanija D Ansi Agolli
27 Arġentina M Cristián Torres
44 Mudell:Dati pajjiż Azerbaijan D Eltun Yagublu
55 Mudell:Dati pajjiż Azerbaijan D Badavi Guseynov
70 Mudell:Dati pajjiż Azerbaijan A Vagif Javadov
89 Kroazja G Miro Varvodić
-- Mudell:Dati pajjiż Azerbaijan D Elvin Musazade
-- Niġerja A Emeka Opara

Plejers barra f'self

N. Poż. Plejer
9 Mudell:Dati pajjiż Azerbaijan A Bakhtiyar Soltanov (ma' Simurq)
21 Mudell:Dati pajjiż Azerbaijan A Murad Sattarly (ma' Simurq)

Plejers notevoli

Azerbaijan
Georgia
Macedonia
Serbia

Uffiċjali tal-Klabb

Il-Bord tad-Diretturi

Rwol Isem
Viċi-President Turkija Tahir Gozal
Direttur Maniġerjali Turkija Emrah Çelikel
Direttur Finanzjarju Turkija Murat Karaman
Direttur tal-Faċilitajiet Ażerbajġan Asif Asgarov
Uffiċjal Ażerbajġan Nurlan Ibrahimov

Staff tal-kowċing

Rwol Isem
Kowċ Mudell:Dati pajjiż Azerbaijan Gurban Gurbanov
Kowċ Assistent Mudell:Dati pajjiż Azerbaijan Zaur Tagizade
Tabib Mudell:Dati pajjiż Azerbaijan Sadraddin Mammadov

Kowċis

Għal aktar informazzjoni fuq dan is-suġġett, ara Lista ta' kowċis ta' FK Qarabağ.

Il-Kowċis li ġejjin kollha rebħu trofew wieħed meta kienu nkarigati ma' FK Qarabağ:

Isem Perjodu Trofej
Ażerbajġan Agaselim Mirjavadov 1992–96 Premier League Ażerbajġan, Tazza Ażerbajġana
Ażerbajġan Elkhan Abdullayev 2005–06 Tazza Ażerbajġana
Ażerbajġan Gurban Gurbanov 2008 – preżent Tazza Ażerbajġana


Referenzi

  1. ^ История – это просто(RU)
  2. ^ Qol.az (ed.). ""Qarabağ" polşalılardan qisasımızı aldı". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna) (AZ)
  3. ^ Official Qarabagh website: Club's Creation(AZ)
  4. ^ Müşfiqin "Qarabağ"dan böyük sevgisi yoxdur (AZ)
  5. ^ "QARABAĞ"A SADİQ YAŞAR HÜSEYNOV (AZ)
  6. ^ "QARABAĞ" AĞDAMIN – "QARABAĞ" AĞDAMA NƏ QƏDƏR DƏXLİ VAR?! (AZ)
  7. ^ UEFA (ed.). "Qarabağ back and hoping for more". Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  8. ^ В Баку в футбольном матче Лиги Европы «Карабах» обыграл «Русенборг» (RU)
  9. ^ "Qarabağ" "Rusenborq"u diz çökdürdü (AZ)
  10. ^ APASPORT News Agency (ed.). "Qurban Qurbanov 1-ci, komandası 2-ci". Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) (AZ)
  11. ^ Карабах громит Металлург! (RU)
  12. ^ "Villa and Rapid to meet again". uefa.com. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)
  13. ^ 1news.az (ed.). ""Карабах" победил "Вислу" в Лиге Европы". Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  14. ^ "Azərbaycan futbolunda görünməmiş hadisə Litvada gerçəkləşdi". Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  15. ^ Azerisport.com (ed.). "Не попадание Карабаха в еврокубки является трагедией". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  16. ^ Vaxt olmayan yer (AZ)
  17. ^ Ermənilərin xarabaya çevirdiyi Ağdamın «İmarət» stadionu (AZ)
  18. ^ "Caqa" ikinci dəfə lotereyada uddu (AZ)
  19. ^ PFL (2009-04-24). "Agdam club's letter addressed to Professional Football League". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  20. ^ Doğma torpaq, qüdrətinə qurban olum! (AZ)
  21. ^ Karabakh: История (RU)
  22. ^ 1news.az (ed.). ""Карабахские скакуны" покоряют Европу, или Пара слов о матче "Карабах" – "Висла"" (bir-Russu). Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)

Ħoloq esterni

Mudell:Link FA