Torri tal-Għallis

Koordinati: 35°57′11″N 14°26′03″E / 35.95306°N 14.43417°E / 35.95306; 14.43417


It-Torri tal-Għallis hu fortizza żgħira li l-Kavalieri ta' Malta bnew max-xatt fuq il-gżira ta' Malta. L-għan ewlieni tiegħu kien bħala torri tal-għassa b'ġwarniġjun ta' erbgħa minn nies li kienu jħaddmu kanun tal-ħadid ta' tliet libbri.

It-Torri tal-Għallis

Inbena bejn l-1658 u l-1659. It-torri kien wieħed minn sensiela ta' tlettax-il torri ta' de Redin li mbnew matul is-saltna tal-Gran Mastru Martin de Redin biex ikun hemm komunikazzjoni bejn Għawdex u l-bażi tal-Kavalieri fil-Port il-Kbir. Qiegħed il-fuq mix-xatt fil-Lvant ta' Ras il-Għallis. Flimkien mat-Torri tal-Qawra, wieħed mit-torrijiet ta' Lascaris, jiddomina Daħlet is-Salina.

It-torri dan l-aħħar ġie rrestawrat u issa qiegħed f'idejn Din l-Art Ħelwa.