Mario Draghi
Mario Draghi (bit-Taljan: [ˈmaːrjo ˈdraːɡi]; twieled fit-3 ta' Settembru 1947) huwa ekonomista, bankier, akkademiku, impjegat taċ-ċivil, u politiku Taljan li ilu Prim Ministru tal-Italja mit-13 ta' Frar 2021.[1][2] Preċedentement kien il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mill-2011 sal-2019. Draghi kien ukoll President tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja mill-2009 sal-2011 u Gvernatur tal-Bank tal-Italja mill-2006 sal-2011.[3]
Wara karriera twila bħala ekonomista akkademiku fl-Italja, Draghi ħadem għall-Bank Dinji f'Washington D.C., l-Istati Uniti, tul is-snin 80 tas-seklu 20, u fl-1991 reġa' lura Ruma biex isir id-Direttur Ġenerali tat-Teżor Taljan. Huwa telaq minn dik il-kariga wara deċennju biex jissieħeb ma' Goldman Sachs, fejn baqa' jaħdem sal-ħatra tiegħu bħala Gvernatur tal-Bank tal-Italja fl-2006. Il-mandat tiegħu bħala Gvernatur inzerta fil-perjodu tar-Reċessjoni l-Kbira tal-2008, u f'nofs il-kriżi finanzjarja ntgħażel biex isir l-ewwel President tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, l-entità li ħadet post il-Forum għall-Istabbiltà Finanzjarja u li kellha l-għan li tistabbilixxi standards globali.
Huwa telaq dawk il-karigi wara li ġie nnominat mill-Kunsill Ewropew fl-2011 biex jaqdi r-rwol ta' President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Huwa ppresieda fl-istituzzjoni matul il-kriżi taż-żona tal-ewro, u sar famuż fl-Ewropa kollha talli qal li lest jagħmel ħiltu "akkost ta' kollox" biex il-proġett tal-ewro ma jfallix.[4] Fl-2014, Draghi ġie elenkat mir-rivista Forbes bħala t-tmien l-iktar persuna setgħana fid-dinja. Fl-2015, ir-rivista Fortune kklassifikatu bħala "t-tieni l-ikbar mexxej" dinji.[5] Fl-2019, Paul Krugman iddeskrivieh bħala "l-ikbar bankier ċentrali taż-żminijiet moderni".[6] Barra minn hekk, bis-saħħa tal-politiki monetarji tiegħu, huwa jitqies minn bosta bħala "s-salvatur tal-ewro" matul il-kriża Ewropea tad-dejn.[7][8][9][10] Huwa ngħata l-laqam ta' Super Mario minn xi mezzi tax-xandir, u l-laqam ġie popolarizzat tul il-kariga tiegħu bħala President tal-Bank Ċentrali Ewropew, meta ġie akkreditat minn bosta sorsi li kellu rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-kriżi taż-żona tal-ewro.[11][12]
Wara l-mandat ta' Draghi bħala President tal-BĊE ntemm fl-2019, huwa inizjalment reġa' lura għall-ħajja privata tiegħu. Fit-3 ta' Frar 2021, f’nofs il-pandemija tal-COVID-19, Draghi ġie mistieden mill-President tar-Repubblika Taljan Sergio Mattarella biex jifforma gvern ta’ għaqda nazzjonali, wara r-riżenja ta' Giuseppe Conte.[13][14][15] Wara negozjati ta' suċċess mal-partiti Taljani, fosthom il-Lega, il-Moviment tal-Ħames Stilel, il-Partit Demokratiku u Forza Italia, Draghi ħa l-ġurament biex isir Prim Ministru fit-13 ta' Frar 2021, u wiegħed li jissorvelja l-implimentazzjoni effettiva tal-istimolu ekonomiku meħtieġ fil-kriżi tal-COVID-19.[16]
Ħajja bikrija u edukazzjoni
immodifikaMario Draghi twieled f'Ruma fl-1947 f'familja ta' klassi għolja; missieru Carlo, li kien twieled fl-1895 f'Padova, ingħaqad mal-Bank tal-Italja fl-1922, u iktar 'il quddiem ħadem għall-Istitut għar-Rikostruzzjoni Industrijali (IRI) u għall-Bank Nazzjonali tax-Xogħol (bit-Taljan: Banca Nazionale del Lavoro); filwaqt li ommu, Gilda Mancini, li kienet twieldet f'Monteverde, Campania, ħdejn Avellino, kienet spiżjara. Huwa kien l-ikbar minn tliet aħwa: Andreina, storika tal-arti, u Marcello, imprenditur.[17] Meta kellu 15-il sena miet missieru u meta kellu 19-il sena mietet ommu.[18]
Draghi studja fl-Istitut Massimiliano Massimo, skola tal-Ġiżwiti f'Ruma, fejn kien fl-istess klassi mal-President futur tal-Ferrari, Luca Cordero di Montezemolo, u mal-preżentatur futur tat-televiżjoni, Giancarlo Magalli.[19][20][21] Fl-1970, huwa ggradwa bl-unuri fix-Xjenza Ekonomika fl-Università La Sapienza ta' Ruma, taħt is-superviżjoni tal-ekonomista Keynesjan Federico Caffè; it-teżi li ggradwa biha kien jisimha "L-integrazzjoni ekonomika u l-varjazzjoni tar-rati tal-kambju".[22] Fit-teżi tiegħu, Draghi kien partikolarment kritiku tar-rimarki tal-Prim Ministru tal-Lussemburgu Pierre Werner li l-unjoni monetarja Ewropea kienet "prematura".[23] Draghi kompla jistudja sa ma ġab Dottorat fix-Xjenza Ekonomika mill-Massachusetts Institute of Technology (MIT) fl-1976, din id-darba b’teżi li kien jisimha: "Esejs dwar it-teorija ekonomika u applikazzjonijiet", taħt is-superviżjoni ta' Franco Modigliani u Robert Solow.[24]
Professur u impjegat taċ-ċivil
immodifikaMill-1975 sal-1981, Draghi kien l-ewwel Professur tal-Politika Ekonomika u Finanzjarja fl-Università ta' Trento, imbagħad tax-Xjenza Makroekonomika fl-Università ta' Padova, u mbagħad tax-Xjenza Ekonomika Matematika fl-Università ta' Venezja.[25] Fl-1981, huwa nħatar bħala Professur tal-Politika Ekonomika u Monetarja fl-Università ta' Firenze u baqa' f'dik il-kariga sal-1994.[26] Matul dak iż-żmien, huwa għamel xi żmien bħala konsulent fil-Bank Dinji f'Washington D.C. Fl-1983, Draghi nħatar ukoll bħala konsulent tal-Ministru tat-Teżor ta' dak iż-żmien Giovanni Goria.[27]
Fl-1991, il-Ministru tat-Teżor Guido Carli u l-Gvernatur tal-Bank tal-Italja Carlo Azeglio Ciampi ħatru lil Draghi bħala d-Direttur Ġenerali tat-Teżor Taljan; Draghi baqa' f'din il-kariga għolja fiċ-ċivil sal-2001.[28] Matul dan iż-żmien fit-Teżor, huwa kien il-President tal-Kumitat li rreveda l-leġiżlazzjoni korporattiva u finanzjarja Taljana, u fassal l-liġi li għadha qed tirregola s-swieq finanzjarji Taljani.[29] Draghi kien ukoll fost dawk li kienu favur il-privatizzazzjonijiet ta' ħafna kumpaniji tal-istat li seħħew fl-ekonomija Taljana matul is-snin 90 tas-seklu 20. Huwa kien ukoll il-President tal-Kumitat Maniġerjali tas-SACE, u implimenta riforma sħiħa tal-grupp u ġestixxa t-tranżizzjoni mill-iskandlu tal-korruzzjoni magħruf bħala Mani Pulite. Draghi reġa' sar President tas-SACE bejn l-1998 u l-2001, qabel il-privatizzazzjoni sussegwenti. Matul dawn is-snin, huwa kien ukoll membru tal-bord ta' diversi banek u korporazzjonijiet Taljani, fosthom Eni, l-Istitut għar-Rikostruzzjoni Industrijali, Banca Nazionale del Lavoro u l-Istitut Taljan għall-Proprjetà (bit-Taljan: Istituto Mobiliare Italiano).[30][31]
Fl-2001, huwa telaq mill-kariga fit-Teżor biex isir sħab fl-Istitut tal-Politika fl-Iskola tal-Governanza ta' John F. Kennedy fl-Università ta' Harvard.[32] Draghi nħatar bħala Viċi President u Direttur Maniġerjali ta' Goldman Sachs International fl-2002. Huwa sar ukoll membru tal-kumitat ta' ġestjoni tal-azjenda, u baqa' f'dan il-karigi kollha sal-2005.[33] Huwa mexxa l-istrateġija Ewropea ta' Goldman Sachs u l-involvimenti tagħha ma' korporazzjonijiet u gvernijiet maġġuri Ewropej.[34] Wara li ħareġ fil-beraħ li kienu qed jintużaw swaps lil hinn mis-suq b'mod sistematiku mill-gvern Grieg, faċilitati minn Goldman Sachs, Draghi stqarr li ma kien "jaf b'xejn" dwar dan l-arranġament, u li "ma kellu x'jaqsam xejn mal-kwistjoni".[35] Matul dan il-perjodu, Draghi ħadem ukoll bħala fiduċjarju fl-Istitut għall-Istudju Avvanzat fi Princeton, New Jersey, u għamel żmien bħala konsulent fil-Brookings Institution f'Washington D.C.[29]
Gvernatur tal-Bank tal-Italja
immodifikaF'Diċembru 2005, ġie mħabbar li Draghi kien se jsir Gvernatur tal-Bank tal-Italja.[36] Huwa ħa l-kariga uffiċjalment fis-16 ta' Jannar 2006. F'April 2006, huwa ġie elett mill-gvernaturi tal-banek ċentrali biex isir il-President tal-Forum għall-Istabbiltà Finanzjarja; iktar 'il quddiem dan il-korp ġie organizzat mill-ġdid u sar il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja f'April 2009 f'isem il-G20, u laqqa' flimkien ir-rappreżentanti tal-gvernijiet, tal-banek ċentrali u tal-istituzzjonijiet ta' superviżjoni nazzjonali fid-dawl tal-kriżi finanzjarja.[37] Bħala l-President inawgurali tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, Draghi kien responsabbli għall-mexxejja tal-G20, u ħadem biex jippromwovi l-istabbiltà finanzjarja internazzjonali, itejjeb il-funzjonament tas-swieq u jnaqqas ir-riskju sistemiku permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali bejn is-superviżuri.
Fir-rwol tiegħu bħala Gvernatur tal-Bank tal-Italja, Draghi kien membru wkoll tal-Kunsill tal-Governanza u tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew u membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali. Huwa rrappreżenta wkoll lill-Italja fil-Bord tal-Gvernaturi kemm fil-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp kif ukoll fil-Bank Asjatiku għall-Iżvilupp.[38] Fil-5 ta' Awwissu 2011, huwa ta kontribut fid-dibattitu politiku domestiku meta, flimkien mal-President tal-BĊE Jean Claude Trichet, huwa ppubblika ittra notevoli lill-Gvern Taljan ta' Silvio Berlusconi biex jirrakkomanda sensiela ta' miżuri ekonomiċi li kellhom jiġu implimentati b'urġenza fl-Italja.[39]
President tal-Bank Ċentrali Ewropew
immodifikaDraghi kien ilu snin jissemma bħala suċċessur possibbli ta' Jean-Claude Trichet, qabel it-tmiem tal-mandat tiegħu bħala President tal-Bank Ċentrali Ewropew f'Ottubru 2011.[40] Fit-13 ta' Frar 2011, Wolfgang Münchau, editur assoċjat tal-Financial Times, appoġġa lil Draghi bħala l-aqwa kandiat għall-kariga.[41] Ftit jiem wara, ir-rivista The Economist kitbet li "l-President li jmiss tat-tieni l-iktar bank ċentrali importanti fid-dinja għandu jkun Mario Draghi".[42] Draghi sussegwentement rebaħ l-appoġġ tal-Prim Ministru Taljan ta' dak iż-żmien Silvio Berlusconi għall-kariga, li esprima x-xewqa li jara Taljan ikollu r-rwol importanti tat-tfassil tal-politika ekonomika fi ħdan l-Unjoni Ewropea (UE).[43] Fis-17 ta' Mejju 2011, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrakkomanda n-nomina ta' Draghi bħala President tal-BĊE.[44] In-nomina ta' Draghi iktar 'il quddiem ġiet approvata mill-Parlament Ewropew u mill-BĊE stess, u fl-24 ta' Ġunju 2011 il-ħatra tiegħu ġiet iffirmata mill-mexxejja tal-UE.[45][46] Matul il-proċess tan-nominazzjoni, tqajjem xi tħassib dwar l-impjieg passat ta' Draghi f'Goldman Sachs.[47] Bħala membru tal-Grupp tat-Tletin, stabbilit mill-Fondazzjoni Rockefeller, huwa ġie akkużat f'Der Spiegel, fTagesschau.de u fDie Welt li kellu kunflitt ta' interess bħala President tal-BĊE.[48][49] Draghi ttrasferixxa ruħu f'Frankfurt u ħa l-kariga formalment bħala President tal-BĊE fl-1 ta' Novembru 2011, l-għada ta' tmiem il-mandat ta' Trichet.[50]
F'Diċembru 2011, Draghi ħejja programm ta' self ta' €489 biljun fuq tliet snin mill-BĊE għall-banek tal-UE. Il-BĊE taħt Draghi ħassar ukoll iż-żewġ żidiet finali fir-rata tal-imgħax li saru fil-mandat ta' Trichet, u hu ddikjara li dan kellu jgħin biex itaffi il-kriżi Ewropea kontinwa tad-dejn sovran. Fi Frar 2012, ir-rebbieħ tal-Premju Nobel għax-Xjenza Ekonomika, Joseph Stiglitz, argumenta li l-kwistjoni tar-ristrutturar imminenti tad-dejn Grieg, wara l-insistenza tal-BĊE li għandu jkun "volontarju", minflok inadempjenza kif miftiehem mal-awtoritajiet Griegi, kien ikun "rigal" lill-istituzzjonijiet finanzjarji li biegħu l-assigurazzjoni fuq l-inadempjenza tal-kreditu fir-rigward ta' dak id-dejn, li skont Stiglitz kien periklu morali.[51] F'Marzu 2012, beda t-tieni rawnd ta' self, ikbar minn ta' qabel, mill-BĊE lill-banek tal-UE, u din id-darba ġie msejjaħ Operazzjoni ta' Rifinanzjament fuq Żmien Itwal (LTRO). Matthew Lynn ikkummenta li l-ippumpjar ta' fondi mill-BĊE, flimkien mal-illaxkar kwantitattiv tal-kundizzjonijiet monetarji mir-Riżerva Federali tal-Istati Uniti u mill-Bank of England, kienu qed iwasslu għal żieda fil-prezzijiet taż-żejt fl-2011 u fl-2012.[52]
F'Lulju 2012, qalb il-biża' mġedded dwar id-dejn sovran fiż-żona tal-ewro, Draghi stqarr f'diskussjoni li taħt it-tmexxija tiegħu, il-BĊE "...lest jagħmel isalva l-proġett tal-ewro akkost ta' kollox. U emmnuni, li se nagħmlu se jkun biżżejjed".[53] Din id-dikjarazzjoni dehret ħafna fil-mezzi tax-xandir fl-UE kollha u fis-swieq finanzjarji tad-dinja, u inizjalment wasslet għal tnaqqis kostanti fir-rendimenti tal-bonds (il-kostijiet ta' min jissellef) għall-pajjiżi taż-żona tal-ewro, b'mod partikolari Spanja, l-Italja u Franza. Fid-dawl tal-progress politiku kajman biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi taż-żona tal-ewro, id-dikjarazzjoni ta' Draghi kienet mument ta' żvolta importanti għaż-żona tal-ewro, u bosta fassala tal-politika u kummentaturi ddeskrivuha bħala essenzjali għat-tkomplija tal-munita ewro.[54][55] Minn dak iż-żmien 'l hawn, Draghi baqa' jiġi assoċjat ferm mal-frażi "akkost ta' kollox".
Fil-bidu tal-2013 Draghi ġie kkritikat fil-kuntest tal-iskandli li bdew ifaqqgħu rigward il-Bank Monte dei Paschi ta' Siena[56] li skont mill-inqas pubblikazzjoni Ġermaniża waħda kienet qed tieħu sehem f'ħafna negozji u operazzjonijiet riskjużi.[57]
F'April 2013, Draghi wieġeb għal mistoqsija rigward is-sħubija taż-żona tal-ewro, "Dawn il-mistoqsijiet jiġu fformulati minn nies li jissottovalutaw ferm xi tfisser l-ewro għall-Ewropej, għaż-żona tal-ewro. Jissottovalutaw ferm il-kapital politiku li ġie investit fl-ewro".[58] Fl-2015, fil-Parlament Ewropew Draghi qal li l-futur taż-żona tal-ewro kien f'periklu diment li l-Istati Membri fiha ma jċedux ftit indipendenza u joħolqu istituzzjonijiet governattivi iktar Pan-Ewropej. Huwa stqarr "Għadna ma lħaqnix l-istadju ta' unjoni monetarja ġenwina. Jekk il-pajjiżi taż-żona tal-ewro ma jarmonizzawx l-ekonomiji tagħhom u ma joħolqux istituzzjonijiet iktar b'saħħithom, dan se jipperikola s-suċċess fit-tul tal-unjoni monetarja meta tħabbat wiċċha ma' xokk importanti".[59] Fl-2015, Draghi sostna li l-ideat politiċi tiegħu huma qrib is-soċjaliżmu liberali.[60]
Fil-31 ta' Ottubru 2019, il-mandat tiegħu bħala President tal-BĊE spiċċa u d-Direttur Maniġerjali tal-Fond Monetarju Internazzjonali Christine Lagarde nħatret bħala s-suċċessur tiegħu.[61]
Prim Ministru tal-Italja
immodifikaFormazzjoni tal-gvern
immodifikaBejn Diċembru 2020 u Jannar 2021 feġġew tensjonijiet fi ħdan il-koalizzjoni tal-gvern tal-Italja, u l-Prim Ministru Giuseppe Conte u l-eks Prim Ministru Matteo Renzi ħaduha qatta' bla ħabel kontra xulxin fir-rigward tal-ġestjoni tal-pandemija tal-COVID-19 fl-Italja kif ukoll fir-rigward tal-konsegwenzi ekonomiċi profondi.[62] Fit-13 ta' Jannar, Renzi ħabbar ir-riżenja taż-żewġ Ministri tal-Kabinett tal-partit tiegħu Italia Viva, u dan wassal għall-waqgħa tal-gvern immexxi minn Conte.[63] Fis-26 ta' Jannar, wara jiem ta' negozjati fost il-partiti politiċi li ma wasslu għal imkien, Conte ta r-riżenja tiegħu bħala Prim Ministru lill-President tar-Repubblika Sergio Mattarella.[64]
Fit-2 ta' Frar 2021, wara konsultazzjonijiet bejn il-partiti biex jinnominaw sostitut, ladarba dawn ma kinux suċċess, il-President tar-Repubblika Mattarella ħabbar li kien se jikkonvoka lil Draghi fil-Palazz tal-Quirinale, bl-intenzjoni li jagħtih il-kompitu li jifforma gvern teknokratiku. L-għada, Draghi aċċetta l-kompitu li jifforma gvern ġdid u beda l-konsultazzjonijiet mal-kapijiet tal-partiti politiċi.[65][66][67][68] Draghi malajr kiseb l-appoġġ tal-Partit Demokratiku (PD) taċ-Ċentru-Xellug, ta' Italia Viva (IV) taċ-Ċentru, ta' Liberi u Ugwali (LeU) tax-Xellug, u ta' partiti liberali u ċentristi żgħar oħra.[69] Wara xi dewmien inizjali, Matteo Salvini, il-kap tal-Lega tal-Lemin, u Silvio Berlusconi, il-kap ta' Forza Italia taċ-Ċentru-Lemin, ħabbru b'mod konġunt li huma kienu se jappoġġaw lil Draghi wkoll.[70] Finalment, fil-11 ta' Frar, il-membri tal-Moviment tal-Ħames Stilel (M5S) approvaw l-appoġġ tal-partit lil Draghi, b'59.3 % tal-membri tal-partit favur is-sħubija tal-partit fi gvern ġdid.[71]
Fit-12 ta' Frar, Draghi żvela l-membri tal-Kabinett tiegħu, li kienu jinkludu rappreżentanti mill-partiti politiċi kollha msemmija hawn fuq, fosthom disa' Ministri mill-Kabinett uxxenti, kif ukoll teknokrati indipendenti.[72] L-għada, Draghi ħa l-ġurament bħala Prim Ministru.[73] Malli ħarġet din l-aħbar, il-Kabinett ta' Draghi ġie deskritt bħala gvern tal-għaqda nazzjonali minn bosta mezzi tax-xandir.[74][75][76]
Fis-17 ta' Frar, Draghi rebaħ il-vot tal-fiduċja fis-Senat, b'262 vot favur, 40 kontra u żewġ astensjonijiet.[77] L-għada, huwa rebaħ vot tal-fiduċja ieħor fil-Kamra tad-Deputati b'535 vot favur, 56 kontra u ħames astensjonijiet; dan il-marġni kien jirrappreżenta waħda mill-ikbar maġġoranzi li qatt inkisbu fl-istorja tar-Repubblika Taljana.[78] Matul l-ewwel diskors tiegħu bħala Prim Ministru liż-żewġ Kmamar tal-Parlament Taljan, Draghi ddikjara li l-Italja ta' wara l-pandemija tal-COVID-19 kien se jkollha tgħaddi minn perjodu ta' rikostruzzjoni simili għal dak ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u li hija r-responsabbiltà tal-gvern tiegħu li jagħti bidu għal dan il-proċess.[79] Huwa saħaq ukoll li l-gvern tiegħu kien se jadotta pożizzjoni ferm favur l-Ewropa, u enfasizza l-importanza li l-Italja tibqa' fiż-żona tal-ewro.[80][81][82][83]
Fit-13 ta' Mejju, ġie mħabbar li Draghi ma kienx se jieħu s-salarju annwali tiegħu ta' €115,000 tax-xogħol tiegħu bħala Prim Ministru.[84]
Pandemija tal-COVID-19
immodifikaF'diskors lin-nazzjoni ftit wara li sar Prim Ministru, Draghi ddikjara li l-prijorità tal-gvern tiegħu kienet li jippjana t-triq tal-ħruġ mill-pandemija tal-COVID-19, u wiegħed li jorganizza mill-ġdid l-unitajiet tar-rispons għall-pandemija tal-pajjiż; fis-27 ta' Frar, Draghi ssostitwixxa lill-Kap tal-Protezzjoni Ċivili, Angelo Borrelli, ma' Fabrizio Curcio, u fl-1 ta' Marzu, huwa ssostitwixxa l-Kummissarju Straordinarju għall-Emerġenza tal-COVID-19, Domenico Arcuri, mal-Ġeneral tal-Armata Francesco Paolo Figliuolo, li ngħata l-mandat addizzjonali li jorganizza mill-ġdid u li jimplimenta l-kampanja tal-vaċċinazzjoni. Borrelli u Arcuri t-tnejn li huma kienu kkunsidrati qrib ħafna tal-eks Prim Ministru Conte.[85][86]
Wara diskussjonijiet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, Draghi ħabbar li kien qabel li jiżgura li l-vaċċini prodotti l-Italja jingħataw il-prijorità għad-distribuzzjoni lill-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea.[87] L-għada, Draghi spiċċa fuq l-aħbarijiet internazzjonali prinċipali peress li awtorizza l-imblokkar ta' konsenja ta' 250,000 vaċċin ta' Oxford–AstraZeneca li oriġinarjament kienu maħsuba għall-Awstralja.[88] Dan wassal għal kritika qalila mill-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison u l-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson.[89][90] Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni ta' Draghi ġiet imfaħħra minn mexxejja Ewropej oħra, bħall-President Franċiż Emmanuel Macron.[91] F'nofs Marzu, il-gvern Taljan ħabbar li kien se jissospendi t-tqassim tal-vaċċin ta' Oxford-AstraZeneca, wara li ħarġu rapporti li xi Taljani li ngħataw dak il-vaċċin kienu żviluppaw forom ta' trombożi fid-demm, għalkemm l-ebda każ ta' mewt ma kien ġie kkonfermat direttament minħabba l-vaċċin.[92] Fis-16 ta' Marzu 2021, Draghi rċieva telefonata mill-President Franċiż Macron rigward is-sospensjoni tal-vaċċin ta' Astrazeneca u d-deċiżjonijiet eventwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini li kienu se jaslu b'mod definittiv fit-18 ta' Marzu 2021.[93]
Fil-15 ta' Marzu 2021, Draghi impona kundizzjonijiet ta' 'lockdown totali' fuq il-maġġoranza taċ-ċittadini Taljani, l-għeluq tan-negozji meqjusa mhux essenzjali u r-restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar, b'rispons għal żieda fit-trażmissjoni tal-COVID-19, għalkemm għad-differenza tal-lockdown tal-2020, il-fabbriki u xi postijiet tax-xogħol oħrajn tħallew jibqgħu miftuħin. Meta ħabba il-lockdown, Draghi wiegħed li l-programm tal-vaċċinazzjoni fl-Italja kien se jittriplika r-riżultati tiegħu f'April, biex b'hekk sa dak iż-żmien ikunu qed jitlaqqmu 500,000 ruħ kuljum.[94] Għall-ħabta ta' dak iż-żmien, il-klassifikazzjoni tal-approvazzjoni fil-konfront ta' Draghi bħala Prim Ministru laħqet livell rekord ta' 63 % fl-istħarriġiet.[95]
Fis-16 ta' April, matul konferenza stampa mal-Ministru għas-Saħħa Roberto Speranza, Draghi ħabbar li r-restrizzjonijiet kienu se jiġu llaxkati mis-26 ta' April, biex b'hekk ikunu jistgħu jerġgħu jiftħu l-bars u r-ristoranti, u stqarr li "kien possibbli li wieħed iħares lejn il-futur b'ottimiżmu u b'fiduċja prudenti".[96]
Politika barranija
immodifikaMill-bidu tal-mandat tiegħu bħala Prim Ministru, Draghi implimenta politika barranija attiva ffukata fuq il-Baħar Mediterran, it-Tramuntana tal-Afrika u l-Lvant Nofsani sabiex iżid l-influwenza tal-Italja fuq dawn iż-żoni.[97][98] Fis-6 ta' April 2021, Draghi żar il-Libja, fl-ewwel vjaġġ internazzjonali tiegħu, li matulu ltaqa' mal-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibeh, u sostna li ried isaħħaħ ir-rabtiet mal-pajjiż Għarbi u eks kolonja tal-Italja.[99] Il-vjaġġ kien ġie deskritt bħala tentattiv biex jitnaqqsu l-influwenzi Torok u Eġizzjani fuq il-Libja, wara tmiem il-gwerra ċivili.[100] Jiem wara, Draghi ttikketta pubblikament lill-President Tork Recep Tayyip Erdoğan bħala "dittatur", u kkritikah b'mod aħrax għall-mod kif ġab ruħu wara laqgħa mal-mexxejja Ewropej Ursula von der Leyen u Charles Michel, li matulha, skont Draghi, huwa kien "umilja lill-President von der Leyen".[101][102] Id-dikjarazzjoni kkawżat reazzjonijiet immedjati mill-gvern Tork. Il-Ministru Tork għall-Affarijiet Barranin Mevlüt Çavuşoğlu kkonvoka lill-Ambaxxatur Taljan u ddeskriva kliem Draghi bħala "retorika populista inaċċettabbli", filwaqt li bosta membri prominenti oħra tal-Kabinett ta' Erdoğan attakkaw b'mod qawwi lil Draghi.[103][104] Madankollu, Draghi ġie appoġġat minn diversi mexxejja Ewropej, inkluż mill-Kap tal-Partit Popolari Ewropew, Manfred Weber.[105] Fl-14 ta' April, Erdoğan akkuża lil Draghi li kien "Prim Ministru maħtur u mhux elett", u ddeskriva d-dikjarazzjoni tiegħu bħala "pastaża u impertinenti".[106][107]
F'Ġunju 2021, Draghi attenda l-ewwel summit tal-G7 tiegħu f'Cornwall, ir-Renju Unit. Matul il-laqgħa, Draghi mexxa d-diskussjonijiet dwar l-istrateġija biex jiġu evitati reazzjonijiet avversi tas-swieq għan-nefqa fuq stimolu.[108] Matul is-summit, Draghi kellu laqgħa bilaterali mal-President tal-Istati Uniti Joe Biden.[109] Draghi faħħar lil Biden, u qal li kien tejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.[110]
Ħajja personali
immodifikaFl-1973, Mario Draghi żżewweġ lil Serena Cappello, esperta fil-letteratura Ingliża[111], u magħha kellu żewġt itfal: Federica, li ħadmet bħala direttur tal-investiment ta' Genextra Spa u membru tal-bord tal-Anġli Taljani għal Biotechis, u Giacomo, analist tal-finanzi, li ħadem bħala kummerċjant tad-derivati tar-rati tal-imgħax fil-bank tal-investiment Morgan Stanley sal-2017, u issa fil-fond ħeġġ ta' LMR Partners.[112][113]
Draghi huwa Kattoliku Ruman. Irċieva l-ewwel edukazzjoni tiegħu mill-Ġiżwiti u huwa devot lejn San Injazju ta' Loyola.[114] Draghi għandu djar fid-distrett ta' Parioli f'Ruma u f'Città della Pieve fl-Umbria.[115] Huwa partitarju ta' A.S. Roma, wieħed mit-timijiet tal-futbol ta' Ruma, u Francesco Totti huwa l-plejer l-iktar għal qalbu. Barra minn hekk, huwa partitarju kbir tal-basketball.[116]
Unuri
immodifikaUnuri Taljani
immodifika- Gran Uffiċjal tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana – mogħti fis-27 ta' Diċembru 1991.[117]
- Kavallier tal-Gran Salib tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana – mogħti fil-5 ta' April 2000.[118][119]
Unuri barranin
immodifika- Gran Kullar tal-Ordni tal-Prinċep Enriku – mogħti fid-19 ta' Ġunju 2019.[120]
- Gran Salib tal-Mertu tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja – mogħti fil-31 ta' Jannar 2020.[121]
Lawriji onorarji
immodifika- Masters Onorarju fl-Amministrazzjoni tan-Negozju (Skola tal-Immaniġġjar MIB ta' Trieste, 2004).[122]
- Distinzjoni Onorarja fl-Istatistika (l-Università ta' Padova, 2009).[123]
- Masters Onorarju fl-Amministrazzjoni tan-Negozju (Vicenza, Fondazzjoni CUOA, 2010).
- Lawrija Onorarja fix-Xjenza Politika (Libera Università Internazionale degli Studi Sociali Guido Carli, 2013).[124]
- Dottorat Onorarju (l-Università ta' Tel Aviv, 2017).[125]
- Dottorat Onorarju fix-Xjenza Ekonomika (L-Iskola ta' Sant'Anna tal-Istudji Avvanzati, 2018).[126]
- Lawrija Onorarja fid-Dritt (l-Università ta' Bologna, 2018).[127]
- Lawrija Onorarja fix-Xjenza Ekonomika (l-Università Kattolika tal-Qalb Imqaddsa, 2019).[128]
Referenzi
immodifika- ^ "Mario Draghi sworn in as Italy's new prime minister" (bl-Ingliż). 2021-02-13. Miġbur 2021-07-21.
- ^ "Nasce il governo di Mario Draghi, con 8 tecnici e 15 ministri di sei partiti". rainews . Miġbur 2021-07-21.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ d'Italia, Banca. "Banca d'Italia - Mario Draghi". www.bancaditalia.it (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-21.
- ^ "'Whatever it takes' – a speech and its implications for the euro area". www.kfw.de (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-21.
- ^ "Mario Draghi". Fortune (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-21.
- ^ Krugman, Paul (2019-05-24). "Opinion | After Draghi (Wonkish)" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-21.
- ^ "Mario Draghi accepts mandate to form new Italian government". www.ft.com. Miġbur 2021-07-21.
- ^ Finanza, MF Milano (2019-10-25). "Il saluto del salvatore dell'euro - MilanoFinanza.it". MF Milano Finanza (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-21.
- ^ "Mario Draghi, eurozone saviour, now called to Italy's side". France 24 (bl-Ingliż). 2021-02-03. Miġbur 2021-07-21.
- ^ 李齐. "Eurozone savior called to Italy's side - Chinadaily.com.cn". epaper.chinadaily.com.cn. Miġbur 2021-07-21.
- ^ TG24, Sky. "Draghi, dal liceo a Roma alla guida della Bce: la storia di SuperMario". tg24.sky.it (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-21.
- ^ "'Super' Mario Draghi sworn in as Italy's new PM - can he save its economy like he saved the euro?". Sky News (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-21.
- ^ "Mattarella sceglie un governo del presidente e convoca Mario Draghi: "Voto non opportuno con l'emergenza, serve pienezza delle funzioni"". Il Fatto Quotidiano (bit-Taljan). 2021-02-03. Miġbur 2021-07-21.
- ^ "Mario Draghi accepts mandate to form new Italian government". www.ft.com. Miġbur 2021-07-21.
- ^ Horowitz, Jason (12 February 2021). "A Giant of Europe Prepares to Head Italy's New Unity Government". The New York Times. ISSN 0362-4331.
- ^ "Mario Draghi's new government to be sworn in on Saturday". the Guardian (bl-Ingliż). 2021-02-12. Miġbur 2021-07-21.
- ^ "Mario Draghi. Moderna economia globale". Biografieonline (bit-Taljan). 2009-04-26. Miġbur 2021-07-21.
- ^ "Straight Talk with Hank Paulson: Mario Draghi".
- ^ "Corriere della Sera - I compagni di classe del nuovo Governatore". www.corriere.it. Miġbur 2021-07-21.
- ^ "Corriere della Sera - I compagni di classe del nuovo Governatore". www.corriere.it. Miġbur 2021-07-21.
- ^ "I compagni di classe, da Montezemolo a Magalli: «Snider il più bravo, ma Mario ci faceva copiare»". web.archive.org. 2015-02-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-02-18. Miġbur 2021-07-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Draghi, Mario (2014-09-04). "Laurea a Mario Draghi in Scienze Statistiche, Università ta' Padova" (PDF). web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-09-04. Miġbur 2021-07-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Bank, European Central (2014-11-12). "The economic policy of Federico Caffè in our times". European Central Bank (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-21.
- ^ Draghi, Mario (2013-02-23). "Essays on Economic Theory and Applications" (PDF). web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-02-23. Miġbur 2021-07-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Mario Draghi, il Governatore". Stefania Tamburello. Milan
- ^ "Banca d'Italia - Mario Draghi". web.archive.org. 2011-10-08. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-08. Miġbur 2021-07-22.
- ^ "La biografia di Mario Draghi". lastampa.it (bit-Taljan). 2021-02-04. Miġbur 2021-07-22.
- ^ Subrata Ghatak; John N. Kallianiotis; José Roberto Sánchez-Fung (3 October 2013). Exchange Rates and International Financial Economics: History, Theories, and Practices. Palgrave Macmillan. p. 48. ISBN 978-1-137-31888-6.
- ^ a b David A Dieterle PhD (8 August 2013). Economic Thinkers: A Biographical Encyclopedia: A Biographical Encyclopedia. ABC-CLIO. pp. 67–. ISBN 978-0-313-39747-9.
- ^ "Chi è Mario Draghi". Il Post (bit-Taljan). 2021-02-03. Miġbur 2021-07-22.
- ^ "GERMANY GIVES GREEN LIGHT TO DRAGHI | Italy". web.archive.org. 2012-03-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-03-14. Miġbur 2021-07-22.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Draghi, Mario nell'Enciclopedia Treccani". www.treccani.it (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-22.
- ^ "What price the new democracy? Goldman Sachs conquers Europe". The Independent (bl-Ingliż). 2011-11-18. Miġbur 2021-07-22.
- ^ "Goldman Sachs | Press Releases - Professor Mario Draghi Joins Goldman Sachs". Goldman Sachs (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ "Draghi Says He Knew Nothing About Goldman-Greece Deal". www.bloomberg.com.
- ^ Nomi Prins (2 October 2009). It Takes a Pillage: An Epic Tale of Power, Deceit, and Untold Trillions. John Wiley & Sons. p. 89. ISBN 978-0-470-55550-7.
- ^ Juan Fernández de Guevara Radoselovics; José Pastor Monsálvez (29 November 2012). Crisis, Risk and Stability in Financial Markets. Palgrave Macmillan. p. 94. ISBN 978-1-137-00183-2.
- ^ Symposium, Federal Reserve Bank of Kansas City; City, Federal Reserve Bank of Kansas (2009). Maintaining Stability in a Changing Financial System: A Symposium (bl-Ingliż). The Bank. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ Jean Pisani-Ferry (2014). The Euro Crisis and Its Aftermath. Oxford University Press. p. 183. ISBN 978-0-19-999333-8.
- ^ "Trichet-Nachfolge: Super-Mario für die EZB". www.handelsblatt.com (bil-Ġermaniż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ "Subscribe to read | Financial Times". www.ft.com. Miġbur 2021-07-22.
- ^ "The Italian's job". The Economist. 2011-02-17.
- ^ "Mario Draghi nominato presidente della Bce dal vertice Ue. Berlusconi: un successo italiano e del governo". Il Sole 24 ORE (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-22.
- ^ "Draghi Appointed ECB Chief", Wall Street Journal, is-16 ta' Mejju 2011.
- ^ "Mario Draghi appointed as head of European Central Bank" (bl-Ingliż). 2011-06-24. Miġbur 2021-07-22.
- ^ Horobin, Alessandra Galloni and William (2011-06-25). "Leaders Name Draghi European Bank Head" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Toyer, Luke Baker, Julien (2011-06-24). "EU appoints Draghi to ECB, Bini Smaghi to leave" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ "Board of Directors". web.archive.org. 2010-04-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-04-07. Miġbur 2021-07-22.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Group of Thirty | Members". web.archive.org. 2013-08-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-08-06. Miġbur 2021-07-22.
- ^ Watts, William L. "EU leaders confirm Draghi to head ECB". MarketWatch (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Stiglitz, Joseph E. (2012-02-06). "Capturing the ECB | by Joseph E. Stiglitz". Project Syndicate (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Lynn, Matthew. "What central banks provide, oil markets take away". MarketWatch (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Euronews fuq YouTube. "ECB's Draghi to the euro's rescue?".
- ^ "Here's how things look a year after Mario Draghi pledged 'whatever it takes' to save the euro - The Tell - MarketWatch". web.archive.org. 2013-07-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-07-28. Miġbur 2021-07-22.
- ^ Reuters, Hugo Dixon | (2012-07-29). "Saving Face and the Euro Will Be Tough" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ SPIEGEL, DER. "Älteste Bank der Welt Monte dei Paschi: Affäre erreicht EZB-Chef Draghi". www.spiegel.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ magazin, Henrik Müller, manager. "Müllers Memo Wir exportieren unsere Wirtschaftsprobleme". www.manager-magazin.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Boesler, Matthew. "MARIO DRAGHI: Zero Hedge Readers Don't Understand The Euro Crisis". Business Insider (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Ewing, Jack (2015-02-25). "Eurozone's Future Remains at Risk, Mario Draghi Warns" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Bank, European Central (2015-01-15). "Interview with Die Zeit". European Central Bank (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Bank, European Central (2019-11-01). "New President of the European Central Bank". European Central Bank (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ "A un passo dalla crisi di governo: Renzi pronto a ritirare le ministre. Ecco gli scenari possibili". Open (bit-Taljan). 2021-01-03. Miġbur 2021-07-22.
- ^ Amaro, Sam Meredith,Silvia (2021-01-13). "Italy's government in crisis after former PM pulls support for ruling coalition". CNBC (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Legorano, Marcus Walker and Giovanni (2021-01-25). "Italy's Prime Minister Conte to Resign Amid Struggle Against Covid-19 and Recession" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ "La vecchia maggioranza non si è messa d'accordo". Il Post (bit-Taljan). 2021-02-02. Miġbur 2021-07-24.
- ^ Chadwick, Lauren (2021-02-03). "Ex-ECB chief Mario Draghi accepts mandate to form Italian government". euronews (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Mattarella sceglie un governo del presidente e convoca Mario Draghi: "Voto non opportuno con l'emergenza, serve pienezza delle funzioni"". Il Fatto Quotidiano (bit-Taljan). 2021-02-03. Miġbur 2021-07-24.
- ^ TG24, Sky. "Crisi di Governo, incarico a Draghi: le ultime news". tg24.sky.it (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Zingaretti: "Unità contro chi vuole destabilizzare il Pd. Ora Costituente per riforme in Parlamento"". la Repubblica (bit-Taljan). 2021-02-11. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Berlusconi e Salvini: "Sostegno a Draghi con responsabilità e senza veti"". ilGiornale.it (bit-Taljan). 2021-02-10. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Dal voto Cinquestelle via libera al governo Draghi con il 59,3%. Ma Di Battista annuncia l'addio: "Mi faccio da parte"". lastampa.it (bit-Taljan). 2021-02-11. Miġbur 2021-07-24.
- ^ Horowitz, Jason (2021-02-12). "A Giant of Europe Prepares to Head Italy's New Unity Government" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ agency, Guardian staff and (2021-02-13). "Mario Draghi sworn in as prime minister of Italy". the Guardian (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ Financial Times. "Mario Draghi sworn in as Italy's new prime minister". www.ft.com. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Draghi government sworn in - English". ANSA.it (bl-Ingliż). 2021-02-13. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Mario Draghi forms Italian government". POLITICO (bl-Ingliż). 2021-02-12. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Governo, ok del Senato alla fiducia a Draghi con 262 sì. "Grazie per la stima, andrà validata dai fatti". Nel M5S 15 votano contro". la Repubblica (bit-Taljan). 2021-02-17. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Governo, ok della Camera alla fiducia con 535 sì, 56 no e 5 astenuti. Voto contrario di un leghista che passa a Fdi. Dissenso leghista a quota 30. Draghi: "Lotta alla corruzione e alle mafie"". la Repubblica (bit-Taljan). 2021-02-18. Miġbur 2021-07-24.
- ^ Horowitz, Jason (2021-02-17). "Italy's New Prime Minister Appeals for Unity and Sacrifice" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Draghi a Salvini: "Sostenermi significa accettare l'irreversibilità dell'euro"". L'HuffPost (bit-Taljan). 2021-02-17. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-10-21. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Key policy points in Italy PM Draghi's maiden speech to Senate". Reuters. 2021-02-17. Miġbur 2021-07-24.
- ^ Amante, Crispian Balmer, Gavin Jones, Angelo (2021-02-17). "Italy's new PM Draghi promises sweeping reforms, urges national unity" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Italy's Draghi to League: Learn to love the euro". POLITICO (bl-Ingliż). 2021-02-17. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Mario Draghi waives his salary as Italy's PM". www.ft.com. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Ecco perché Arcuri è al capolinea". ilGiornale.it (bit-Taljan). 2021-02-27. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Curcio per Borrelli: Draghi cambia la Protezione civile". Il Fatto Quotidiano (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Ue, Draghi sente von der Leyen: priorità accelerare vaccini e una nuova politica migratoria". la Repubblica (bit-Taljan). 2021-03-03. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Italy Blocks Australia's AstraZeneca Vaccines Under EU Rule". www.bloomberg.com. Miġbur 2021-07-24.
- ^ Welle (www.dw.com), Deutsche. "Coronavirus: Australia wants EU to 'review' Italy's vaccine block | DW | 05.03.2021". DW.COM (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "PM call with Prime Minister Draghi of Italy: 4 March 2021". GOV.UK (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Blocco vaccini, ora Macron potrebbe seguire Draghi: "Valutiamo stop a export"". Today (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "COVID-19: Germany, France, Italy and Spain pause Oxford-AstraZeneca coronavirus vaccine amid blood clot concerns". Sky News (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Draghi e Macron pronti a ripartire con AstraZeneca". L'HuffPost (bit-Taljan). 2021-03-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-03-18. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Italy Back in Lockdown as Draghi Vows to Speed Up Vaccines". www.bloomberg.com. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Sondaggi, il Pd senza segretario cala al 17,4%. Draghi, Conte e Speranza i leader più apprezzati". Il Fatto Quotidiano (bit-Taljan). 2021-03-10. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "COVID-19 restrictions to start being eased from April 26 says Draghi - English". ANSA.it (bl-Ingliż). 2021-04-16. Miġbur 2021-07-24.
- ^ Horowitz, Jason (2021-04-15). "How Mario Draghi Is Making Italy a Power Player in Europe" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ Galluzzo, Marco (2021-06-04). "Draghi in Libia: l'obiettivo è annullare l'influenza straniera". Corriere della Sera (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "La visita di Draghi in Libia". Il Post (bit-Taljan). 2021-04-06. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Draghi Picks Libya for First Trip, Seeking Stronger Ties". www.bloomberg.com. Miġbur 2021-07-24.
- ^ Staff, Reuters (2021-04-08). "Italy's Draghi accuses 'dictator' Erdogan, draws Turkey's condemnation" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Draghi: "Erdogan? Un dittatore di cui si ha bisogno". La Turchia: "Ritiri queste parole"". L'HuffPost (bit-Taljan). 2021-04-08. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-11-05. Miġbur 2021-07-24.
- ^ Brussels, Jack Parrock. "Turkey summons Italian ambassador after Mario Draghi called Erdogan 'dictator'" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Turkey Summons Italian Envoy After Draghi Calls Erdogan Dictator". www.bloomberg.com. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Draghi was right on Erdogan says Weber - English". ANSA.it (bl-Ingliż). 2021-04-09. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Erdogan risponde a Draghi: "Totale maleducazione, colpite le relazioni tra Italia e Turchia"". la Repubblica (bit-Taljan). 2021-04-14. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Erdogan: "Io dittatore? Draghi nominato e non eletto, danneggiate relazioni Turchia-Italia"". Tgcom24 (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Johnson Defers to Draghi on Economy at First G-7 Summit Session". www.bloomberg.com. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Readout of President Biden's Meeting with Prime Minister Mario Draghi of Italy". The White House (bl-Ingliż). 2021-06-12. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Mario Draghi: "Biden ha portato aria nuova nei rapporti tra USA e UE"".
- ^ "Chi è Serena Cappello la moglie di Mario Draghi: "Lei ne sa più di me"". la Repubblica (bit-Taljan). 2021-02-03. Miġbur 2021-07-21.
- ^ "Giacomo Draghi Said to Exit Morgan Stanley for Hedge Fund". www.bloomberg.com.
- ^ "Il figlio di Mario Draghi lascia Morgan Stanley per un fondo hedge". la Repubblica (bit-Taljan). 2017-02-08. Miġbur 2021-07-21.
- ^ Il Giorno. "Cattolico, socialista e liberale. Chi è Mario Draghi". Il Giorno (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-21.
- ^ "Mario Draghi, dal liceo all'Eur alla casa ai Parioli: la Roma del Premier incaricato". RomaToday (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-21.
- ^ Sport, Sky. "Mario Draghi, non solo economia: quante passioni sportive". sport.sky.it (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-21.
- ^ "Le onorificenze della Repubblica Italiana". www.quirinale.it. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Cavaliere di Gran Croce Ordine al Merito della Repubblica Italiana". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-01-15. Miġbur 2021-07-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ David A. Dieterle (2017). "Draghi, Mario". Economics: The Definitive Encyclopedia from Theory to Practice. 4. ABC-CLIO. p. 88. ISBN 978-1-4408-4747-9.
- ^ Portuguesa, Presidência da República. "Presidência da República Portuguesa". www.presidencia.pt (bil-Portugiż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "www.bundespraesident.de: Der Bundespräsident / Reden / Verleihung des Großkreuzes des Verdienstordens der Bundesrepublik Deutschland an Mario Draghi". www.bundespraesident.de. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "MIB".
- ^ "Banca d'Italia - Laurea honoris causa al prof. Mario Draghi". web.archive.org. 2011-08-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-13. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Luiss Guido Carli | Libera Università Internazionale degli Studi Sociali, Roma". Luiss Guido Carli (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ "TAU Honorary Doctorates 2017". Tel Aviv University (bl-Ingliż). 2017-05-15. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Celebrating new academic year 2018–2019". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-04-02. Miġbur 2021-07-24.
- ^ "Mario Draghi to be awarded Law Degree honoris causa from the University of Bologna - University of Bologna". www.unibo.it (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
- ^ ""Conoscenza, coraggio, umiltà": la lezione di Mario Draghi". www.cattolicanews.it (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-24.